|
+Artikolu 18 1. |
Artikolu 18 1.B'deroga mill-Artikoli 9 sa 13, kif xieraq:
(a)
il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli msemmija fl-Artikolu 9 tad-disinn tal-prodotti, il-parts u t-tagħmir mhux installat tista' tiġi vvalutata mingħajr il-ħruġ ta' ċertifikat, meta l-atti delegati msemmija fil-punt (d)(i) tal-Artikolu 19(1) jipprevedu dan. F'dak il-każ, l-atti delegati msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 19(1) iridu jiddefinixxu l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għal valutazzjoni bħal din. L-atti delegati msemmija fil-punt (d)(i) tal-Artikolu 19(1) jistgħu jipprevedu li l-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn u għall-produzzjoni ta' dawk il-prodotti, parts u tagħmir mhux installat trid titħalla tiddikjara l-konformità tad-disinn tagħhom ma' dawk ir-rekwiżiti essenzjali u mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati stabbiliti f'konformità mal-atti delegati msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 19(1) adottati biex tiġi żgurata l-konformità ta' dawk id-disinni ma' dawk ir-rekwiżiti essenzjali;
(b)
meta d-disinn ta' inġenju tal-ajru ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9, jista' jinħareġ ċertifikat ristrett tat-tip. F'dak il-każ, dak iċ-ċertifikat għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li d-disinn tal-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-bażi ta' ċertifikazzjoni stabbilita f'konformità mal-att delegat imsemmi fil-punt (b)(i) u (ii) tal-Artikolu 19(1) u li d-disinn tal-inġenju tal-ajru huwa adegwat, fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali, fid-dawl tal-użu li biħsiebu jsir mill-inġenju tal-ajru. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|