+Artikolu 19 Setgħat delegati
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.

Artikolu 19 Setgħat delegati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.

Għall-inġenji tal-ajru msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 128, li jistabbilixxu regoli dettaljati rigward:

(a) 

rekwiżiti dettaljati ta' ħarsien ambjentali għall-prodotti, parts u tagħmir mhux installat, f'sitwazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2);

(b) 

il-kondizzjonijiet biex jiġi stabbilit u notifikat applikant mill-Aġenzija skont l-Artikolu 77:

(i) 

il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli għal prodott għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni tat-tip imsemmija fl-Artikolu 11 u fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1);

(ii) 

il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal prodott għall-finijiet tal-approvazzjoni ta' data tal-adegwatezza operazzjonali msemmija fl-Artikolu 11 inkluż:

— 
is-sillabu minimu għat-taħriġ ta' persunal li jiċċertifika l-manutenzjoni skont il-klassifikazzjoni tat-tip;
— 
is-sillabu minimu għall-klassifikazzjoni tat-tip tal-bdoti u d-data ta' referenza għall-kwalifikazzjoni oġġettiva ta' simulaturi assoċjati;
— 
il-lista ewlenija ta' tagħmir minimu, kif xieraq;
— 
id-data dwar it-tip tal-inġenju tal-ajru rilevanti għall-ekwipaġġ tal-kabina;
— 
speċifikazzjonijiet addizzjonali biex tiġi żgurata konformità mat-Taqsima III;
(iii) 

il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal part jew tagħmir mhux installat, inkluż tagħmir u strumenti relatati mas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 30(7), għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikoli 12 u 13;

(c) 

il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-konformità tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 2(1) mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9;

(d) 

il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 11, 12, 13 u l-punt (b) tal-Artikolu 18(1), inkluż:

(i) 

il-kondizzjonijiet għal sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, ċertifikati bħal dawn iridu jkunu rikjesti jew ma jridux ikunu rikjesti, jew dikjarazzjonijiet iridu jkunu permessi, skont kif ikun applikabbli;

(ii) 

il-kondizzjonijiet dwar id-durata ta' dawk iċ-ċertifikati u dwar it-tiġdid ta' dawk iċ-ċertifikati meta d-durata tagħhom tkun limitata;

(e) 

il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà u ċ-ċertifikati tal-istorbju msemmija fl-Artikolu 14(1), kif ukoll ċertifikati ristretti ta' ajrunavigabbiltà u ċertifikati ristretti tal-istorbju msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2);

(f) 

il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni, ir-revoka u l-użu tal-permessi għat-titjir imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2);

(g) 

il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-approvazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, approvazzjonijiet bħal dawn iridu jkunu rikjesti jew ma jridux ikunu rikjesti jew dikjarazzjonijiet iridu jkunu permessi, skont kif ikun applikabbli;

(h) 

il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati li nħarġu skont l-Artikoli 11, 12, 13, l-Artikoli 14(1), 15(1), il-punt (b) tal-Artikolu 18(1), u l-Artikolu 18(2) u tal-organizzazzjonijiet li għamlu dikjarazzjonijiet f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 18(1) u l-punt (g) ta' dan il-paragrafu;

(i) 

il-kondizzjonijiet biex jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għad-disinn ta' prodotti, id-disinn ta' parts u d-disinn ta' tagħmir mhux installat li huma soġġetti għal dikjarazzjoni f'konformità mal-punt (a) tal-Artikoli 18(1);

(j) 

il-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex jiġu vvalutati, skont il-punt (a) tal-Artikolu 18(1), l-ajrunavigabbiltà u l-kompatibbiltà ambjentali tad-disinn tal-prodotti, id-disinn tal-parts, u d-disinn ta' tagħmir mhux installat mingħajr il-ħtieġa li jinħareġ ċertifikat, inkluż il-kondizzjonijiet u l-limitazzjonijiet għall-operazzjonijiet;

(k) 

il-kondizzjonijiet għall-organizzazzjonijiet li tkun inħarġitilhom approvazzjoni skont l-Artikolu 15(1) biex jingħataw il-privileġġ li joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 11, 12, 13 u l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2);

Artikolu 19 2.
Fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà u l-kompatibbiltà ambjentali tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u tal-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 128, li temenda l-Annessi II u III, fejn meħtieġ minħabba żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew minħabba evidenza fil-qasam tal-ajrunavigabbiltà jew tal-kompatibbiltà ambjentali, sabiex u sa fejn meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1.
Artikolu 19 3.
Fir-rigward tal-kompatibbiltà ambjentali tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 128, li temenda r-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Chicago msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(2), sabiex dawn jiġu aġġornati fid-dawl ta' emendi sussegwenti għal dawn id-dispożizzjonijiet li jidħlu fis-seħħ wara l-4 ta' Lulju 2018 u li jsiru applikabbli fl-Istati Membri kollha, sa fejn tali adattamenti ma jwessgħux il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 19 4.
Meta jiġu adottati atti delegati skont il-paragrafi 1 u 2 dwar sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689, għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta' dak ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.