|
+Artikolu 19 1. |
Artikolu 19 1.Għall-inġenji tal-ajru msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 128, li jistabbilixxu regoli dettaljati rigward:
(a)
rekwiżiti dettaljati ta' ħarsien ambjentali għall-prodotti, parts u tagħmir mhux installat, f'sitwazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2);
(b)
il-kondizzjonijiet biex jiġi stabbilit u notifikat applikant mill-Aġenzija skont l-Artikolu 77:
(i)
il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli għal prodott għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni tat-tip imsemmija fl-Artikolu 11 u fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1);
(ii)
il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal prodott għall-finijiet tal-approvazzjoni ta' data tal-adegwatezza operazzjonali msemmija fl-Artikolu 11 inkluż:
—
is-sillabu minimu għat-taħriġ ta' persunal li jiċċertifika l-manutenzjoni skont il-klassifikazzjoni tat-tip;
—
is-sillabu minimu għall-klassifikazzjoni tat-tip tal-bdoti u d-data ta' referenza għall-kwalifikazzjoni oġġettiva ta' simulaturi assoċjati;
—
il-lista ewlenija ta' tagħmir minimu, kif xieraq;
—
id-data dwar it-tip tal-inġenju tal-ajru rilevanti għall-ekwipaġġ tal-kabina;
—
speċifikazzjonijiet addizzjonali biex tiġi żgurata konformità mat-Taqsima III;
(iii)
il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal part jew tagħmir mhux installat, inkluż tagħmir u strumenti relatati mas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 30(7), għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikoli 12 u 13;
(c)
il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-konformità tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 2(1) mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9;
(d)
il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 11, 12, 13 u l-punt (b) tal-Artikolu 18(1), inkluż:
(i)
il-kondizzjonijiet għal sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, ċertifikati bħal dawn iridu jkunu rikjesti jew ma jridux ikunu rikjesti, jew dikjarazzjonijiet iridu jkunu permessi, skont kif ikun applikabbli;
(ii)
il-kondizzjonijiet dwar id-durata ta' dawk iċ-ċertifikati u dwar it-tiġdid ta' dawk iċ-ċertifikati meta d-durata tagħhom tkun limitata;
(e)
il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà u ċ-ċertifikati tal-istorbju msemmija fl-Artikolu 14(1), kif ukoll ċertifikati ristretti ta' ajrunavigabbiltà u ċertifikati ristretti tal-istorbju msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2);
(f)
il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni, ir-revoka u l-użu tal-permessi għat-titjir imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2);
(g)
il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-approvazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, approvazzjonijiet bħal dawn iridu jkunu rikjesti jew ma jridux ikunu rikjesti jew dikjarazzjonijiet iridu jkunu permessi, skont kif ikun applikabbli;
(h)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati li nħarġu skont l-Artikoli 11, 12, 13, l-Artikoli 14(1), 15(1), il-punt (b) tal-Artikolu 18(1), u l-Artikolu 18(2) u tal-organizzazzjonijiet li għamlu dikjarazzjonijiet f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 18(1) u l-punt (g) ta' dan il-paragrafu;
(i)
il-kondizzjonijiet biex jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għad-disinn ta' prodotti, id-disinn ta' parts u d-disinn ta' tagħmir mhux installat li huma soġġetti għal dikjarazzjoni f'konformità mal-punt (a) tal-Artikoli 18(1);
(j)
il-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex jiġu vvalutati, skont il-punt (a) tal-Artikolu 18(1), l-ajrunavigabbiltà u l-kompatibbiltà ambjentali tad-disinn tal-prodotti, id-disinn tal-parts, u d-disinn ta' tagħmir mhux installat mingħajr il-ħtieġa li jinħareġ ċertifikat, inkluż il-kondizzjonijiet u l-limitazzjonijiet għall-operazzjonijiet;
(k)
il-kondizzjonijiet għall-organizzazzjonijiet li tkun inħarġitilhom approvazzjoni skont l-Artikolu 15(1) biex jingħataw il-privileġġ li joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 11, 12, 13 u l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2); 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|