+Artikolu 30 Operaturi tal-inġenji tal-ajru
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
---+Artikolu 30 7.

Artikolu 30 Operaturi tal-inġenji tal-ajru

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.

Sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29, u b'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4 u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, l-operaturi ta' inġenji tal-ajru stabbiliti, li jirrisjedu jew li għandhom is-sede prinċipali tan-negozju fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati jistgħu jkunu meħtieġa, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1), li:

(a) 

jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom, u d-disponibbiltà li għandhom tal-mezzi biex iwettqu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-operazzjoni ta' inġenju tal-ajru f'konformità ma' dawk l-atti ta' implimentazzjoni; jew

(b) 

ikollhom ċertifikat.

Artikolu 30 2.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 31 adottati sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29.
Artikolu 30 3.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jispeċifika l-privileġġi li jkunu ngħataw lill-operatur ta' inġenju tal-ajru. Iċ-ċertifikat jista' jiġi emendat sabiex jiżdiedu jew jitneħħew il-privileġġi, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1).
Artikolu 30 4.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jiġi limitat, sospiż jew revokat, meta d-detentur ma jibqax jikkonforma mar-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ u ż-żamma ta' tali ċertifikat, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1).
Artikolu 30 5.

B'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, l-operaturi ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jkunu meħtieġa, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 31, li:

(a) 

jissodisfaw rekwiżiti speċifiċi, meta jidħlu fi ftehimiet għall-kondiviżjoni ta' kodiċi jew ftehimiet ta' kiri;

(b) 

jissodisfaw rekwiżiti speċifiċi meta joperaw inġenju tal-ajru li huwa reġistrat f'pajjiż terz;

(c) 

jistabbilixxu Lista ta' Tagħmir Minimu (MEL) jew dokument ekwivalenti li jipprevedi l-operazzjoni tal-inġenji tal-ajru, taħt kondizzjonijiet speċifikati, bi strumenti, tagħmir jew funzjonijiet mhux operattivi partikolari fil-bidu tat-titjira.

Artikolu 30 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru għat-territorju, ġo fih jew 'il barra minnu, li għalih japplikaw it-Trattati minn operatur ta' inġenju tal-ajru stabbilit, li jkun residenti jew li jkollu s-sede prinċipali tan-negozju 'l barra minn dak it-territorju iżda li għalih l-Istati Membri jwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-istat ta' operatur skont il-Konvenzjoni ta' Chicago, kif ukoll il-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-operazzjonijiet, jilħqu livell ta' sikurezza li jkun ekwivalenti għal dak stabbilit b'dan ir-Regolament.
Artikolu 30 7.

Fejn l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1) jipprevedu dan, l-inġenji tal-ajru għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir u l-istrumenti meħtieġa relatati mas-sikurezza, iċċertifikati fejn meħtieġ skont l-att delegat msemmi fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1), inkluż dawn kollha li ġejjin jew xi wħud minnhom:

(a) 

reġistraturi ta' titjiriet;

(b) 

mezzi biex tiġi segwita l-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(c) 

mezzi biex id-data tar-reġistraturi tat-titjiriet tiġi rkuprata fil-ħin, f'każ li inġenji tal-ajru jkunu f'diffikultà, billi jiddependu fuq komunikazzjoni elettronika f'ħin reali jew soluzzjonijiet tekniċi xierqa oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.