+Artikolu 35 Tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.

Artikolu 35 Tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 35 1.

B'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 36 jistgħu jeħtieġu li l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta' tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza li jintuża jew ikun intenzjonat biex jintuża f'ajrudromi soġġetti għal dan ir-Regolament:

(a) 

jiddikjaraw li tali tagħmir jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati stabbiliti f'konformità ma' dawk il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 36; jew

(b) 

ikollhom ċertifikat fir-rigward ta' dak it-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza.

Artikolu 35 2.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li l-apparat jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati stabbiliti skont l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 36 adottati biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 33.
Artikolu 35 3.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jispeċifika l-funzjonalitajiet tat-tagħmir. Dak iċ-ċertifikat għandu jiġi emendat sabiex jirrifletti bidliet għal dawk il-funzjonalitajiet, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 36(1).
Artikolu 35 4.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jiġi limitat, sospiż jew revokat, meta t-tagħmir ma jibqax jikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-ħruġ u ż-żamma ta' tali ċertifikat, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 36(1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.