+Artikolu 39 Setgħat delegati
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.
|
Artikolu 39 Setgħat delegati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39 1.
|
Għat- tħaddim tal-ajrudromi u l-għoti ta' servizzi fuq l-art u tal-AMS fl-ajrudromi, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 128 li jistabbilixxu regoli dettaljati li jikkonċernaw:
(a)
il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjoni tal-ajrudromi f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 33;
(b)
il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1);
(c)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 37(1);
(d)
il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni minn organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi fuq l-art u minn organizzazzjonijiet li jipprovdu l-AMS f'konformità mal-Artikolu 37(2), inkluż ir-rikonoxximent, mingħajr verifika ulterjuri, mill-operaturi, ta' dawk id-dikjarazzjonijiet;
(e)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet ta' organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi fuq l-art u organizzazzjonijiet li jipprovdu AMS li għamlu dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 37(2);
|
|
Artikolu 39 2.
|
Fir-rigward tal-ajrudromi, tagħmir tal-ajrudromi relatat mas-sikurezza, l-operazzjoni tal-ajrudromi, u s-servizzi fuq l-art u tal-AMS il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 128, biex temenda l-Anness VII u, jekk applikabbli, l-Anness VIII, fejn meħtieġ għal raġunijiet ta' żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta' evidenza tas-sikurezza relatata mal-ajrudromi, sabiex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.
|
|
Artikolu 39 3.
|
Meta jiġu adottati atti delegati skont il-paragrafu 1 dwar sistemi tal-IA li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta’ dak ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|