|
+Artikolu 39 1. |
Artikolu 39 1.Għat- tħaddim tal-ajrudromi u l-għoti ta' servizzi fuq l-art u tal-AMS fl-ajrudromi, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 128 li jistabbilixxu regoli dettaljati li jikkonċernaw:
(a)
il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjoni tal-ajrudromi f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 33;
(b)
il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1);
(c)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 37(1);
(d)
il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni minn organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi fuq l-art u minn organizzazzjonijiet li jipprovdu l-AMS f'konformità mal-Artikolu 37(2), inkluż ir-rikonoxximent, mingħajr verifika ulterjuri, mill-operaturi, ta' dawk id-dikjarazzjonijiet;
(e)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet ta' organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi fuq l-art u organizzazzjonijiet li jipprovdu AMS li għamlu dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 37(2); 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|