|
+Artikolu 44 1. |
Artikolu 44 1.Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40 u l-konformità magħhom, għall-forniment ta' ATM/ANS imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 2(1), kif ukoll id-disinn ta' strutturi tal-ispazju tal-ajru, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4, u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
(a)
ir-regoli tal-operazzjoni relatati mal-użu tal-ispazju tal-ajru, it-tagħmir tal-ispazju tal-ajru u mas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS meħtieġa għall-użu tal-ispazju tal-ajru;
(b)
ir-regoli u l-proċeduri għad-disinn ta' strutturi tal-ispazju tal-ajru sabiex tiġi żgurata konformità mal-Artikolu 46. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|