+Artikolu 44 Atti ta' implimentazzjoni rigward l-użu tal-ispazju tal-ajru u d-disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.

Artikolu 44 Atti ta' implimentazzjoni rigward l-użu tal-ispazju tal-ajru u d-disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 44 1.

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40 u l-konformità magħhom, għall-forniment ta' ATM/ANS imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 2(1), kif ukoll id-disinn ta' strutturi tal-ispazju tal-ajru, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4, u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:

(a) 

ir-regoli tal-operazzjoni relatati mal-użu tal-ispazju tal-ajru, it-tagħmir tal-ispazju tal-ajru u mas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS meħtieġa għall-użu tal-ispazju tal-ajru;

(b) 

ir-regoli u l-proċeduri għad-disinn ta' strutturi tal-ispazju tal-ajru sabiex tiġi żgurata konformità mal-Artikolu 46.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

Artikolu 44 2.
Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu kont debitu tal-Pjan Regolatorju tal-ATM.
Artikolu 44 3.
Meta tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40 ta' dan ir-Regolament u għandha tieħu kont debitu ►C1  tal-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ , b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-Annessi 2, 3, 10, 11 u 15 għall-Konvenzjoni ta' Chicago.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.