|
+Artikolu 47 1. |
Artikolu 47 1.Għas- sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 128, li jistabbilixxu regoli dettaljati fir-rigward:
(a)
tal-kondizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u nnotifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS għall-finijiet ta' ċertifikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 45(2);
(b)
tal-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 45(2), u għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, iridu jkunu rikjesti ċertifikati bħal dawn jew iridu jkunu permessi dikjarazzjonijiet, kif applikabbli;
(c)
tal-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 45(2);
(d)
tal-privileġġi u r-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet li joħorġu dikjarazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 45(1) u (2);
(e)
tal-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni minn fornituri tal-ATM/ANS, f'konformità mal-Artikolu 45(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, iridu jkunu rikjesti dikjarazzjonijiet bħal dawn;
(f)
tal-kondizzjonijiet biex jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS li huma soġġetti għal dikjarazzjoni f'konformità mal-Artikolu 45(1) u (2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|