+Artikolu 47 Setgħat delegati
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 3.

Artikolu 47 Setgħat delegati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 47 1.

Għas- sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 128, li jistabbilixxu regoli dettaljati fir-rigward:

(a) 

tal-kondizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u nnotifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS għall-finijiet ta' ċertifikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 45(2);

(b) 

tal-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 45(2), u għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, iridu jkunu rikjesti ċertifikati bħal dawn jew iridu jkunu permessi dikjarazzjonijiet, kif applikabbli;

(c) 

tal-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 45(2);

(d) 

tal-privileġġi u r-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet li joħorġu dikjarazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 45(1) u (2);

(e) 

tal-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni minn fornituri tal-ATM/ANS, f'konformità mal-Artikolu 45(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, iridu jkunu rikjesti dikjarazzjonijiet bħal dawn;

(f) 

tal-kondizzjonijiet biex jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS li huma soġġetti għal dikjarazzjoni f'konformità mal-Artikolu 45(1) u (2).

Artikolu 47 2.
Fir-rigward tal-forniment ta' ATM/ANS, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 128, biex temenda l-Anness VIII u jekk applikabbli, l-Anness VII, fejn meħtieġ għal raġunijiet ta' żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta' evidenza tas-sikurezza relatata mal-ATM/ANS, sabiex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.
Artikolu 47 3.
Meta jiġu adottati atti delegati skont il-paragrafi 1 u 2 dwar sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689, għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta' dak ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.