+Artikolu 56 Konformità tal-Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.
---+Artikolu 56 3.
---+Artikolu 56 4.
---+Artikolu 56 5.
---+Artikolu 56 6.
---+Artikolu 56 7.
---+Artikolu 56 8.

Artikolu 56 Konformità tal-Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 56 1.
B'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, il-karatteristiċi operazzjonali tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ikkonċernati u l-karatteristiċi taż-żona ta' operazzjoni, jista' jkun meħtieġ ċertifikat għad-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni, u l-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir biex inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod tagħhom, kif ukoll dwar il-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u l-organizzazzjonijiet involuti f'dawn l-attivitajiet, f'konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 58 u l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 57.
Artikolu 56 2.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 58 u l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 57.
Artikolu 56 3.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jispeċifika l-limitazzjonijiet relatati mas-sikurezza, il-kondizzjonijiet tal-operazzjoni u l-privileġġi. Iċ-ċertifikat jista' jiġi emendat sabiex jiżdiedu jew jitneħħew il-limitazzjonijiet, il-kondizzjonijiet u l-privileġġi, f'konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 58 u l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 57.
Artikolu 56 4.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jiġi limitat, sospiż jew revokat, meta d-detentur ma jibqax jikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-ħruġ u ż-żamma ta' tali ċertifikat, f'konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 58 u l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 57.
Artikolu 56 5.
B'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, il-karatteristiċi operazzjonali tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ikkonċernati u l-karatteristiċi taż-żona ta' operazzjoni, l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 58 u l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 57 jistgħu jeħtieġu fir-rigward tad-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni, u l-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir biex inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod tagħhom, kif ukoll dwar il-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u l-organizzazzjonijiet involuti f'dawn l-attivitajiet, dikjarazzjoni li tikkonferma l-konformità ma' dawk l-atti delegati u ta' implimentazzjoni.
Artikolu 56 6.
Fejn l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4 jistgħu jinkisbu mingħajr l-applikazzjoni tal-Kapitoli IV u V ta' dan ir-Regolament, l-atti delegati msemmija fil-punt (c) tal-Artikoli 58(1) jistgħu jipprevedu li dawk il-Kapitoli la għandhom japplikaw għar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 55 u lanqas għar-regoli dettaljati korrispondenti stabbiliti skont l-Artikolu 58. F'każijiet bħal dawn, dawk ir-rekwiżiti essenzjali u dawk ir-regoli dettaljati għandhom jikkostitwixxu “leġislazzjoni Komunitarja ta' armonizzazzjoni” fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), u tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).
Artikolu 56 7.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u ta' operaturi ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li huma soġġetti għal reġistrazzjoni skont l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 57 u l-punt 4 tal-Anness IX tinħażen f'sistemi ta' reġistrazzjoni nazzjonali diġitali, armonizzati u interoperabbli. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkollhom aċċess u jaqsmu dik l-informazzjoni permezz tar-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74.
Artikolu 56 8.
Din it-Taqsima għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli nazzjonali li jagħmlu soġġett għal ċerti kondizzjonijiet l-operazzjonijiet ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għal raġunijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż is-sigurtà pubblika jew il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali skont il-liġi tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.