+TAQSIMA VII Inġenji tal-ajru Mingħajr Bdot Abbord
---+Artikolu 55 Rekwiżiti Essenzjali għal Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord
---+Artikolu 56 Konformità tal-Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord
------+Artikolu 56 1.
------+Artikolu 56 2.
------+Artikolu 56 3.
------+Artikolu 56 4.
------+Artikolu 56 5.
------+Artikolu 56 6.
------+Artikolu 56 7.
------+Artikolu 56 8.
---+Artikolu 57 Atti ta' implimentazzjoni rigward inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord
---+Artikolu 58 Setgħat delegati
------+Artikolu 58 1.
------+Artikolu 58 2.
------+Artikolu 58 3.
|
TAQSIMA VII Inġenji tal-ajru Mingħajr Bdot Abbord
TAQSIMA VII Inġenji tal-ajru Mingħajr Bdot Abbord
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 55 Rekwiżiti Essenzjali għal Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord
|
Artikolu 55
Rekwiżiti Essenzjali għal Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord
Id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) u (b) tal-Artikolu 2(1), fejn jikkonċerna inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir biex inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod tagħhom, kif ukoll il-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness IX, u, fejn l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 58 u l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 57 jipprevedu dan, bir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Annessi II, IV u V.
|
|
Artikolu 56 Konformità tal-Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord
|
|
|
Artikolu 57 Atti ta' implimentazzjoni rigward inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord
|
Artikolu 57
Atti ta' implimentazzjoni rigward inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 55 u l-konformità magħhom, għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) u (b) tal-Artikolu 2(1), fejn huma kkonċernati inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll il-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, u abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
(a)
ir-regoli u l-proċeduri speċifiċi għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord kif ukoll għall-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-operazzjonijiet;
(b)
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni, jew ir-revoka taċ-ċertifikati, jew biex isiru dikjarazzjonijiet, għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord kif ukoll għall-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u l-organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn iċ-ċertifikati jew dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa; ir-regoli ul-proċeduri għall-ħruġ ta' dawk iċ-ċertifikati u biex isiru dawk id-dikjarazzjonijiet jistgħu jiġu bbażati fuq, jew jikkonsistu mir-rekwiżiti dettaljati msemmija fit-Taqsimiet I, II u III;
(c)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati u tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jagħmlu d-dikjarazzjonijiet;
(d)
ir-regoli u l-proċeduri għar-reġistrazzjoni u l-immarkar ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u għar-reġistrazzjoni ta' operaturi ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, imsemmija fit-Taqsima 4 tal-Anness IX;
(e)
ir-regoli u l-proċeduri biex jiġu stabbiliti sistemi ta' reġistrazzjoni nazzjonali diġitali, armonizzati u interoperabbli msemmija fl-Artikolu 56(7).
(f)
ir-regoli u l-proċeduri għall-konverżjoni ta' ċertifikati nazzjonali fiċ-ċertifikati meħtieġa skont l-Artikolu 56(1).
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
▼M2
Meta jiġu adottati dawk l-atti ta' implimentazzjoni dwar sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689, għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta' dak ir-Regolament.
▼B
|
|
Artikolu 58 Setgħat delegati
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|