|
+Artikolu 57 Atti ta' implimentazzjoni rigward inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord |
Artikolu 57 Atti ta' implimentazzjoni rigward inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbordArtikolu 57 Atti ta' implimentazzjoni rigward inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 55 u l-konformità magħhom, għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) u (b) tal-Artikolu 2(1), fejn huma kkonċernati inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll il-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, u abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
(a)
ir-regoli u l-proċeduri speċifiċi għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord kif ukoll għall-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-operazzjonijiet;
(b)
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni, jew ir-revoka taċ-ċertifikati, jew biex isiru dikjarazzjonijiet, għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord kif ukoll għall-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u l-organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn iċ-ċertifikati jew dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa; ir-regoli ul-proċeduri għall-ħruġ ta' dawk iċ-ċertifikati u biex isiru dawk id-dikjarazzjonijiet jistgħu jiġu bbażati fuq, jew jikkonsistu mir-rekwiżiti dettaljati msemmija fit-Taqsimiet I, II u III;
(c)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati u tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jagħmlu d-dikjarazzjonijiet;
(d)
ir-regoli u l-proċeduri għar-reġistrazzjoni u l-immarkar ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u għar-reġistrazzjoni ta' operaturi ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, imsemmija fit-Taqsima 4 tal-Anness IX;
(e)
ir-regoli u l-proċeduri biex jiġu stabbiliti sistemi ta' reġistrazzjoni nazzjonali diġitali, armonizzati u interoperabbli msemmija fl-Artikolu 56(7).
(f)
ir-regoli u l-proċeduri għall-konverżjoni ta' ċertifikati nazzjonali fiċ-ċertifikati meħtieġa skont l-Artikolu 56(1). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3). Meta jiġu adottati dawk l-atti ta' implimentazzjoni dwar sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689, għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta' dak ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|