+Artikolu 60 Konformità
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.

Artikolu 60 Konformità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 60 1.
L-operazzjoni tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) għat-trasport kummerċjali bl-ajru għandha tkun soġġetta għal ċertifikazzjoni u tinħarġilha awtorizzazzjoni.

Dik l-awtorizzazzjoni tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera l-kapaċità tiegħu u d-disponibbiltà li għandu tal-mezzi biex iwettaq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-operazzjoni ta' dak l-inġenju tal-ajru f'konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 59. L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-operatur u l-ambitu tal-operazzjonijiet.

Artikolu 60 2.
Meta l-atti delegati adottati msemmija fl-Artikolu 61 jipprevedu hekk, l-operazzjoni tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) għajr għat-trasport kummerċjali bl-ajru għandha tkun soġġetta għal ċertifikazzjoni u għandha tinħarġilha awtorizzazzjoni.

Dik l-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera l-kapaċità tiegħu u d-disponibbiltà li għandu tal-mezzi biex iwettaq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-operazzjoni ta' dak l-inġenju tal-ajru f'konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 59.

L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-operatur u l-ambitu tal-operazzjonijiet.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, meta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 61 ikunu jipprovdu hekk, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) li jkunu involuti f'operazzjonijiet għajr it-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jitħallew jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom u d-disponibbiltà li għandhom tal-mezzi biex iwettqu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-operazzjoni ta' dawk l-inġenji tal-ajru f'konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 59.

Artikolu 60 3.
Minbarra l-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, l-awtorizzazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx ikunu meħtieġa fir-rigward tal-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru li jkunu qed itiru biss fuq it-territorju li għalih japplikaw it-Trattati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.