|
+Artikolu 60 2. |
Artikolu 60 2.Meta l-atti delegati adottati msemmija fl-Artikolu 61 jipprevedu hekk, l-operazzjoni tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) għajr għat-trasport kummerċjali bl-ajru għandha tkun soġġetta għal ċertifikazzjoni u għandha tinħarġilha awtorizzazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera l-kapaċità tiegħu u d-disponibbiltà li għandu tal-mezzi biex iwettaq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-operazzjoni ta' dak l-inġenju tal-ajru f'konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 59. L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-operatur u l-ambitu tal-operazzjonijiet. B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, meta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 61 ikunu jipprovdu hekk, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) li jkunu involuti f'operazzjonijiet għajr it-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jitħallew jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom u d-disponibbiltà li għandhom tal-mezzi biex iwettqu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-operazzjoni ta' dawk l-inġenji tal-ajru f'konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 59. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|