|
+Artikolu 61 2. |
Artikolu 61 2.Meta tadotta r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiżgura, b'mod partikolari, li:
(a)
isir użu, kif xieraq, mill-prattiki rakkomandati u mid-dokumenti ta' gwida tal-ICAO;
(b)
l-ebda rekwiżit ma jeċċedi dak li huwa meħtieġ skont dan ir-Regolament mill-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(1) u mill-ekwipaġġ tal-ajru u mill-operaturi ta' inġenji tal-ajru bħal dawn;
(c)
il-proċess li permezz tiegħu jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 60(1) u (2) ikun sempliċi, proporzjonat, effettiv u kosteffiċjenti u jippermetti li tintwera l-konformità b'mod proporzjonat mal-kumplessità tal-operazzjoni u r-riskju involut f'dik l-operazzjoni. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jittieħed kont ta':
(i)
ir-riżultati tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO;
(ii)
l-informazzjoni li tinġabar fil-qafas ta' programmi ta' spezzjoni tar-rampa stabbiliti f'konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 62(13) u l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 62(14);
(iii)
informazzjoni rikonoxxuta oħra dwar aspetti ta' sikurezza fir-rigward tal-operatur ikkonċernat;
(iv)
iċ-ċertifikati li jinħarġu f'konformità mal-liġijiet ta' pajjiż terz.
(d)
jitqiesu l-aspetti relatati mal-ATM/ANS. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|