|
+Artikolu 62 13. |
Artikolu 62 13.Fir-rigward tal-kompiti tal-Aġenzija relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 128, li jistabbilixxu regoli dettaljati li jikkonċernaw:
(a)
il-kondizzjonijiet għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet, l-ispezzjonijiet, l-awditjar u ta' attivitajiet oħra ta' monitoraġġ li jkunu neċessarji sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva mill-Aġenzija tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, tal-prodotti, tal-parts, tat-tagħmir, tas-sistemi ATM/ANS, tal-kostitwenti ATM/ANS, tal-apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir u tal-ajrudromi li huma soġġetti għal dan ir-Regolament;
(b)
il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-ispezzjonijiet tar-rampa mill-Aġenzija u għall-projbizzjoni tal-inġenji tal-ajru mit-titjir meta l-inġenju tal-ajru, l-operatur tiegħu jew l-ekwipaġġ tal-ajru tiegħu ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
(c)
il-kondizzjonijiet li skonthom l-attivitajiet irregolati mill-Kapitolu III jistgħu jiġu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza;
(d)
il-kondizzjonijiet biex tinħareġ u titqassam informazzjoni obbligatorja u rakkomandazzjonijiet mill-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 76(6), biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-attivitajiet irregolati mill-Kapitolu III;
(e)
il-kondizzjonijiet biex tinħareġ u titqassam informazzjoni obbligatorja mill-Aġenzija, f'konformità mal-Artikolu 77, biex jiġu żgurati l-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti, il-parts, tagħmir mhux installat u tagħmir biex l-inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod, u l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' mezzi alternattivi ta' konformità ma' dik l-informazzjoni obbligatorja;
(f)
il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-akkreditazzjoni mill-Aġenzija ta' entità kwalifikata għall-fini tal-Artikolu 69. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|