+Artikolu 62 Ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar
---+Artikolu 62 1.
---+Artikolu 62 2.
---+Artikolu 62 2a.
---+Artikolu 62 3.
---+Artikolu 62 4.
---+Artikolu 62 5.
---+Artikolu 62 6.
---+Artikolu 62 7.
---+Artikolu 62 8.
---+Artikolu 62 9.
---+Artikolu 62 10.
---+Artikolu 62 11.
---+Artikolu 62 12.
---+Artikolu 62 13.
---+Artikolu 62 14.
---+Artikolu 62 15.
|
Artikolu 62 Ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 62 1.
|
Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw fi ħdan is-sistema Ewropea unika ta' sikurezza tal-avjazzjoni sabiex jiżguraw konformità ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.
|
|
Artikolu 62 2.
|
Sabiex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom:
(a)
jirċievu u jivvalutaw l-applikazzjonijiet li jsirulhom, u, fejn ikun applikabbli, joħorġu jew iġeddu ċ-ċertifikati u jirċievu d-dikjarazzjonijiet li jsirulhom, f'konformità mal-Kapitolu III;
(b)
jissorveljaw id-detenturi taċ-ċertifikati, ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet, u ta' prodotti, ta' parts, ta' tagħmir, ta' sistemi ATM/ANS u ta' kostitwenti ATM/ANS, ta' apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir u ta' ajrudromi li jkunu soġġetti għal dan ir-Regolament;
(c)
iwettqu l-investigazzjonijiet, l-ispezzjonijiet, fosthom spezzjonijiet tar-rampa, l-awditi u attivitajiet oħra ta' monitoraġġ meħtieġa biex jiġi identifikat ksur possibbli minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi soġġetti għal dan ir-Regolament tar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
(d)
jieħdu l-miżuri ta' infurzar meħtieġa kollha, inkluż l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati li nħarġu minnhom, il-projbizzjoni ta' inġenji tal-ajru mit-titjir u l-applikazzjoni ta' penali, sabiex jintemm il-ksur identifikat;
(e)
jipprojbixxu, jillimitaw u jagħmlu soġġett għal ċerti kondizzjonijiet l-attivitajiet imsemmija fil-Kapitolu III, fl-interess tas-sikurezza;
(f)
jiżguraw livell xieraq ta' kwalifiki tal-persunal tagħhom li jkun involut f'kompiti ta' ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar, inkluż billi jipprovdu taħriġ adegwat.
|
|
Artikolu 62 2a.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/2803, għall-fini tat-twettiq tal-kompiti ta’ ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar tagħhom fir-rigward tar-rekwiżiti essenzjali elenkati fil-punt 7 tal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw fuq il-valutazzjonijiet li jsiru mill-awtorità superviżorja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament meta twettaq il-kompiti tagħha skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 62 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom ikunu indipendenti meta jieħdu deċiżjonijiet tekniċi dwar iċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar u jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod imparzjali, u trasparenti u jkunu organizzati, immexxija u b'persunal kif xieraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom ikollhom ir-riżorsi u l-kapaċitajiet meħtieġa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom skont dan ir-Regolament b'mod effiċjenti u f'waqtu.
|
|
Artikolu 62 4.
|
Ir-responsabbiltajiet għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti f'konformità ma' dan il-paragrafu. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli fejn dawk il-kompiti jkunu ġew attribwiti lilha skont l-Artikoli 77 sa 82 u fejn dawk il-kompiti jkunu ġew allokati lilha skont l-Artikoli 64 u 65. Madankollu, fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni f'konformità mal-Artikolu 41(6), il-punt (a) tal-Artikolu 80(1) ma għandux jibqa' japplika u l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza u l-infurzar fir-rigward tal-fornitur tal-ATM/ANS ikkonċernat kif previst f'dik l-eżenzjoni. L-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru li fih jinstab l-ajrudrom għandha tkun responsabbli għal dawk il-kompiti fir-rigward taċ-ċertifikat tal-ajrudrom imsemmi fl-Artikolu 34(1) u taċ-ċertifikat għal operatur ta' ajrudrom imsemmi fl-Artikolu 37(1). Dik l-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti ta' sorveljanza u infurzar fir-rigward tal-organizzazzjonijiet responsabbli għall-forniment tas-servizzi fuq l-art u l-AMS f'dak l-ajrudrom. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru li fih il-persuna fiżika jew ġuridika li tapplika għaċ-ċertifikat jew li qed tagħmel id-dikjarazzjoni jkollha s-sede prinċipali tan-negozju tagħha jew, fejn dik il-persuna ma jkollha ebda sede prinċipali ta' negozju, ikollha l-post ta' residenza jew il-post ta' stabbiliment tagħha, għandha tkun responsabbli għal dawk il-kompiti, sakemm it-twettiq effettiv tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza, u l-infurzar ma jkunx jeħtieġ l-allokazzjoni tagħhom lil awtorità kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru differenti skont ir-regoli dettaljati msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 14. Madankollu, meta l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 15 ikunu jipprevedu dan:
(a)
l-eżaminaturi ajrumediċi, iċ-ċentri ajrumediċi u t-tobba għandhom ikunu responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati mediċi tal-bdoti msemmija fl-Artikolu 21(1) u taċ-ċertifikati mediċi tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 49(1);
(b)
l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-kabina li tkun inħarġitilhom approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 24 u l-operaturi ta' inġenju tal-ajru li jkun inħarġilhom ċertifikat f'konformità mal-Artikolu 30 għandhom ikunu responsabbli għall-ħruġ tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina msemmija fl-Artikolu 22.
|
|
Artikolu 62 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, b'deroga mill-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom, għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar fir-rigward ta' operaturi ta' inġenji tal-ajru involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru meta jiġu sodisfatti dawn iż-żewġ kondizzjonijiet:
(a)
din ir-responsabbiltà konġunta kienet prevista fi ftehim konkluż bejn dawk l-Istati Membri qabel l-1 ta' Jannar 1992;
(b)
dawk l-Istati Membri żguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom iwettqu dawn il-kompiti b'mod effettiv skont dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.
L-Istati Membri kkonċernati għandhom sa mhux aktar mit-12 ta' Marzu 2019, jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija b'dik id-deċiżjoni ta' responsabbiltà konġunta u jipprovdulhom l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari l-ftehim imsemmi fil-punt (a) u l-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiżguraw li dawk il-kompiti jitwettqu b'mod effettivi skont il-punt (b). Fejn il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, tqis li l-kondizzjonijiet speċifikati fl-ewwel subparagrafu ma jkunux ġew sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-deċiżjoni tagħha għal dan l-għan. Malli l-Kummissjoni tkun innotifikat dawn l-atti ta' implimentazzjoni lill-Istati Membri kkonċernati, dawk l-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jimmodifikaw jew jirrevokaw id-deċiżjoni ta' responsabbiltà konġunta tagħhom u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija kif meħtieġ. L-Aġenzija għandha tinkludi fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74 id-deċiżjonijiet kollha tal- Kummissjoni u tal-Istati Membri li jkunu ġew notifikati skont dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 62 6.
|
Is-sorveljanza mwettqa mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tkun kontinwa u bbażata fuq il-prijoritajiet stabbiliti fid-dawl tar-riskji għall-avjazzjoni ċivili.
|
|
Artikolu 62 7.
|
Meta tagħmel l-ispezzjonijiet tar-rampa msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2, l-Aġenzija għandha tikkoopera mal-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ssir l-ispezzjoni tar-rampa.
|
|
Artikolu 62 8.
|
L-Aġenzija għandha timmaniġġja u topera l-għodod u l-proċeduri meħtieġa għall-ġbir, l-iskambju u l-analiżi ta' informazzjoni relatata mas-sikurezza li tkun inkisbet mill-ispezzjonijiet tar-rampa msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 62 9.
|
Sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-kompiti tagħhom relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti, inkluż dwar ksur possibbli jew identifikat.
|
|
Artikolu 62 10.
|
L-Aġenzija għandha tippromwovi fehim u applikazzjoni komuni tar-rekwiżiti li jinsabu f'dan ir-Regolament u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, fost l-oħrajn billi tiżviluppa l-materjal ta' gwida msemmi fl-Artikolu 76(3) f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.
|
|
Artikolu 62 11.
|
Kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika soġġetta għal dan ir-Regolament tista' tiġbed l-attenzjoni tal-Aġenzija għal kwalunkwe differenza allegata fl-applikazzjoni tar-regoli bejn l-Istati Membri. Meta differenzi bħal dawn ixekklu serjament l-attivitajiet ta' dawk il-persuni, jew inkella jwasslu għal diffikultajiet sostanzjali, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw biex jiġu indirizzati, u fejn meħtieġ, eliminati fil-pront dawk id-differenzi. Meta dawk id-differenzi ma jkunux jistgħu jiġu eliminati, l-Aġenzija għandha tippreżenta l-kwistjoni lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 62 12.
|
L-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa u effettivi biex iżidu u jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u jqassmu informazzjoni relatata mas-sikurezza li tkun rilevanti għall-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti.
|
|
Artikolu 62 13.
|
Fir-rigward tal-kompiti tal-Aġenzija relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 128, li jistabbilixxu regoli dettaljati li jikkonċernaw:
(a)
il-kondizzjonijiet għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet, l-ispezzjonijiet, l-awditjar u ta' attivitajiet oħra ta' monitoraġġ li jkunu neċessarji sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva mill-Aġenzija tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, tal-prodotti, tal-parts, tat-tagħmir, tas-sistemi ATM/ANS, tal-kostitwenti ATM/ANS, tal-apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir u tal-ajrudromi li huma soġġetti għal dan ir-Regolament;
(b)
il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-ispezzjonijiet tar-rampa mill-Aġenzija u għall-projbizzjoni tal-inġenji tal-ajru mit-titjir meta l-inġenju tal-ajru, l-operatur tiegħu jew l-ekwipaġġ tal-ajru tiegħu ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
(c)
il-kondizzjonijiet li skonthom l-attivitajiet irregolati mill-Kapitolu III jistgħu jiġu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza;
(d)
il-kondizzjonijiet biex tinħareġ u titqassam informazzjoni obbligatorja u rakkomandazzjonijiet mill-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 76(6), biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-attivitajiet irregolati mill-Kapitolu III;
(e)
il-kondizzjonijiet biex tinħareġ u titqassam informazzjoni obbligatorja mill-Aġenzija, f'konformità mal-Artikolu 77, biex jiġu żgurati l-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti, il-parts, tagħmir mhux installat u tagħmir biex l-inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod, u l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' mezzi alternattivi ta' konformità ma' dik l-informazzjoni obbligatorja;
(f)
il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-akkreditazzjoni mill-Aġenzija ta' entità kwalifikata għall-fini tal-Artikolu 69.
|
|
Artikolu 62 14.
|
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafi (2) sa (9) ta' dan l-Artikolu u l-konformità magħhom, fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
▼M3
(a)
ir-regoli u l-proċeduri għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet, l-ispezzjonijiet, l-awditi u attivitajiet oħra ta’ monitoraġġ meħtieġa biex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva mill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, prodotti, partijiet, tagħmir, sistemi tal-ATM/ANS u kostitwenti tal-ATM/ANS, apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir u ajrudromi soġġetti għal dan ir-Regolament u r-regoli u l-proċeduri għall-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-konformità tal-fornituri ta’ ATM/ANS mar-rekwiżiti essenzjali elenkati fil-punt 7 tal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament mill-awtorità superviżorja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2024/2803 mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament;
▼B
(b)
ir-regoli u l-proċeduri għat-twettiq tal-ispezzjonijiet tar-rampa mill-awtorità kompetenti nazzjonali u għall-projbizzjoni tal-inġenji tal-ajru mit-titjir meta l-inġenju tal-ajru, l-operatur tiegħu jew l-ekwipaġġ tal-ajru tiegħu ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
(c)
ir-regoli u l-proċeduri li skonthom l-attivitajiet rregolati fil-Kapitolu III jistgħu jiġu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza;
(d)
rigward il-paragrafu 4, ir-regoli u l-proċeduri għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, bil-ħsieb li jiġi żgurat it-twettiq effettiv tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar;
(e)
ir-regoli u l-proċeduri għall-akkreditazzjoni mill-awtorità kompetenti nazzjonali ta' entità kwalifikata għall-fini tal-Artikolu 69.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
|
|
Artikolu 62 15.
|
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafi (2) sa (9) ta' dan l-Artikolu u l-konformità magħhom, fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
(a)
ir-regoli u l-proċeduri għall-ġbir, l-iskambju u t-tixrid ta' informazzjoni rilevanti bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħhom relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar inkluż informazzjoni dwar ksur possibbli jew identifikat;
(b)
ir-regoli u l-proċeduri għall-kwalifiki tal-persunal tal-Aġenzija u tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali involut f'kompiti ta' ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar u tal-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ tagħhom;
(c)
ir-regoli u l-proċeduri għas-sistemi ta' amministrazzjoni u ta' ġestjoni tal-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti ta' ċertifikazzjoni, ta' sorveljanza u ta' infurzar;
(d)
rigward il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, ir-regoli u l-proċeduri għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet lill-eżaminaturi ajrumediċi u ċ-ċentri ajrumediċi għall-fini li jinħarġu ċertifikati mediċi tal-bdoti u ċertifikati mediċi tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll il-kondizzjonijiet li skonthom it-tobba jingħataw responsabbiltajiet bħal dawn, bil-ħsieb li jiġi żgurat it-twettiq effettiv tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni medika tal-bdoti u tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru;
(e)
rigward il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, ir-regoli u l-proċeduri għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet lil organizzazzjonijiet ta' taħriġ għall-ekwipaġġ tal-kabina u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru għall-fini li jinħarġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina, bil-ħsieb li jiġi żgurat it-twettiq effettiv tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|