+Artikolu 62 15.

Artikolu 62 15.

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafi (2) sa (9) ta' dan l-Artikolu u l-konformità magħhom, fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:

(a) 

ir-regoli u l-proċeduri għall-ġbir, l-iskambju u t-tixrid ta' informazzjoni rilevanti bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħhom relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar inkluż informazzjoni dwar ksur possibbli jew identifikat;

(b) 

ir-regoli u l-proċeduri għall-kwalifiki tal-persunal tal-Aġenzija u tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali involut f'kompiti ta' ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar u tal-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ tagħhom;

(c) 

ir-regoli u l-proċeduri għas-sistemi ta' amministrazzjoni u ta' ġestjoni tal-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti ta' ċertifikazzjoni, ta' sorveljanza u ta' infurzar;

(d) 

rigward il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, ir-regoli u l-proċeduri għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet lill-eżaminaturi ajrumediċi u ċ-ċentri ajrumediċi għall-fini li jinħarġu ċertifikati mediċi tal-bdoti u ċertifikati mediċi tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll il-kondizzjonijiet li skonthom it-tobba jingħataw responsabbiltajiet bħal dawn, bil-ħsieb li jiġi żgurat it-twettiq effettiv tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni medika tal-bdoti u tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru;

(e) 

rigward il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, ir-regoli u l-proċeduri għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet lil organizzazzjonijiet ta' taħriġ għall-ekwipaġġ tal-kabina u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru għall-fini li jinħarġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina, bil-ħsieb li jiġi żgurat it-twettiq effettiv tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.