+Artikolu 64 Riallokazzjoni tar-responsabbiltà fuq talba tal-Istati Membri
---+Artikolu 64 1.
---+Artikolu 64 2.
---+Artikolu 64 3.
---+Artikolu 64 4.
---+Artikolu 64 5.
---+Artikolu 64 6.
---+Artikolu 64 7.
---+Artikolu 64 8.

Artikolu 64 Riallokazzjoni tar-responsabbiltà fuq talba tal-Istati Membri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 64 1.
Stat Membru jista' jitlob lill-Aġenzija twettaq il-kompiti marbuta maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 62(2) fir-rigward ta' kwalunkwe jew kull persuna fiżika jew ġuridika, inġenju tal-ajru, tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza, sistema ATM/ANS u kostitwent ATM/ANS, tagħmir ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir u ajrudrom li għalih l-Istat Membru kkonċernat huwa responsabbli skont dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

Ladarba l-Aġenzija taċċetta din it-talba, hija għandha ssir l-awtorità kompetenti responsabbli mill-kompiti koperti minn dik it-talba u l-Istat Membru rikjedent għandu jinħeles mir-responsabbiltà għal dawk il-kompiti.

B'rabta mal-eżerċizzju tal-Aġenzija ta' dik ir-responsabbiltà għal dawk il-kompiti, għandhom japplikaw il-Kapitoli IV u V.

Artikolu 64 2.
Stat Membru jista' jitlob Stat Membru ieħor iwettaq il-kompiti marbuta maċ-ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar imsemmija fl-Artikolu 62(2) fir-rigward ta' kwalunkwe jew kull persuna fiżika jew ġuridika, inġenju tal-ajru, tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza, sistema ATM/ANS u kostitwent ATM/ANS, tagħmir ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir u ajrudrom li għalih l-Istat Membru kkonċernat huwa responsabbli skont dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

Ladarba l-Istat Membru jaċċetta din it-talba, huwa jsir responsabbli mill-kompiti koperti minn dik it-talba u l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jinħeles mir-responsabbiltà għal dawk il-kompiti.

Fir-rigward tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà għall-kompiti riallokati f'konformità ma' dan il-paragrafu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli II u IV u l-Artikoli 131 u 132, kif ukoll id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jkun aċċetta.

Artikolu 64 3.
Fir-rigward tal-infurzar, l-Istat Membru li jkun aċċetta t-talba, jew l-Aġenzija, għandhom ikunu responsabbli biss għal kwistjonijiet relatati mal-proċeduri li jwasslu għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet mill-awtorità kompetenti nazzjonali ta' dak l-Istat Membru, jew tal-Aġenzija, u li jikkonċernaw kompiti ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza riallokati lilhom skont dan l-Artikolu, kif ukoll l-applikazzjoni ta' dawk id-deċiżjonijiet. Għall-kwistjonijiet l-oħra kollha dwar l-infurzar, l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet prevista f'dan ir-Regolament u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu ma għandhomx jiġu affettwati.
Artikolu 64 4.
L-Aġenzija jew Stat Membru, kif applikabbli, ma għandhomx jaċċettaw it-talba msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 ħlief meta l-Aġenzija jew l-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat tqis li għandha r-riżorsi meħtieġa u li tkun tista' teżerċita b'mod effettiv ir-responsabbiltà għall-kompiti kkonċernati.
Artikolu 64 5.
Meta Stat Membru jkun jixtieq japplika l-paragrafu 1 jew 2, dan għandu jikkonkludi mal-Aġenzija jew mal-Istat Membru l-ieħor, kif applikabbli, arranġamenti dettaljati li jikkonċernaw ir-riallokazzjoni tar-responsabbiltà għall-kompiti inkwistjoni. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kkonċernati b'din ir-riallokazzjoni u, fil-każ tar-riallokazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Aġenzija, għandhom jiġu kkonsultati dwar dawk l-arranġamenti dettaljati qabel ma jiġu ffinalizzati. Dawk l-arranġamenti dettaljati għandhom, tal-anqas, jidentifikaw b'mod ċar il-kompiti li qed jiġu riallokati, u għandhom jinkludu l-arranġamenti legali, prattiċi u amministrattivi meħtieġa biex jiżguraw trasferiment b'mod ordnat u t-tkomplija effettiva u bla waqfien tat-twettiq tal-kompiti kkonċernati f'konformità ma' dan ir-Regolament u bl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, kif ukoll it-tkomplija mingħajr intoppi tal-attivitajiet imwettqa mill-persuni fiżiċi u ġuridiċi kkonċernati. L-arranġamenti dettaljati għandhom jinkludu wkoll dispożizzjonijiet dwar it-trasferiment ta' rekords u dokumentazzjoni tekniċi rilevanti.

L-Aġenzija u l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati, kif applikabbli, għandhom jiżguraw li r-riallokazzjoni tar-responsabbiltà għall-kompiti tiġi eżerċitata f'konformità ma' dawk l-arranġamenti dettaljati.

Artikolu 64 6.
Permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74, l-Aġenzija għandha tagħmel disponibbli lista ta' Stati Membri li jkunu applikaw il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dik il-lista għandha tidentifika b'mod ċar il-kompiti riallokati u l-awtorità kompetenti responsabbli għall-kompiti wara r-riallokazzjoni tagħhom.

L-Aġenzija għandha tieħu kont tar-riallokazzjoni tar-responsabbiltà għall-kompiti meta twettaq spezzjonijiet u attivitajiet oħrajn ta' monitoraġġ f'konformità mal-Artikolu 85.

Artikolu 64 7.
Ir-riallokazzjonijiet tar-responsabbiltà taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Chicago.

Meta, f'konformità ma' dan l-Artikolu, Stat Membru jirrialloka r-responsabbiltà għall-kompiti li jkunu attribwiti lilu bil-Konvenzjoni ta' Chicago, huwa għandu jinnotifika lill-ICAO dwar il-fatt li l-Aġenzija jew Stat Membru ieħor ser iwettqu f'ismu l-funzjonijiet u d-dmirijiet mogħtija lilu skont il-Konvenzjoni ta' Chicago.

Artikolu 64 8.
Stat Membru li rrialloka r-responsabbiltà għall-kompiti lill-Aġenzija jew Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 1 jew 2, jista' jiddeċiedi, fi kwalunkwe mument, li jirrevoka r-riallokazzjoni. F'dak il-każ, għandhom japplikaw mutatus mutandis il-paragrafi 4, 5, 6 u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 7.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.