+Artikolu 71 Dispożizzjonijiet dwar flessibbiltà
---+Artikolu 71 1.
---+Artikolu 71 2.
---+Artikolu 71 3.
|
Artikolu 71 Dispożizzjonijiet dwar flessibbiltà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 71 1.
|
L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal dan ir-Regolament mir-rekwiżiti li japplikaw għal dik il-persuna skont il-Kapitolu III, għajr ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dak il-Kapitolu, jew l-atti delegati jew ta' implimentazzjoni adottati abbażi ta' dak il-Kapitolu f'każ ta' ċirkostanzi urġenti mhux prevedibbli li jkunu qed jaffettwaw lil dawk il-persuni jew fil-każ tal-ħtiġijiet operazzjonali urġenti ta' dawk il-persuni, meta jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ma jkunx possibbli li dawk iċ-ċirkostanzi jew dawk il-ħtiġijiet jiġu indirizzati b'mod adegwat f'konformità mar-rekwiżiti applikabbli;
(b)
fejn meħtieġ jiġu żgurati s-sikurezza, il-protezzjoni ambjentali u l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli, permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' mitigazzjoni;
(c)
l-Istat Membru jkun taffa kemm jista' jkun kwalunkwe distorsjoni possibbli tal-kondizzjonijiet tas-suq bħala konsegwenza tal-għoti tal-eżenzjoni; u
(d)
l-eżenzjoni tkun limitata fl-ambitu u fit-tul taż-żmien sal-livell strettament meħtieġ u tiġi applikata b'mod mhux diskriminatorju.
F'każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri l-oħra, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74, dwar l-eżenzjoni li ngħatat, kemm ser iddum tapplika, ir-raġuni għalfejn ingħatat u, fejn applikabbli, il-miżuri meħtieġa ta' mitigazzjoni li ġew applikati.
|
|
Artikolu 71 2.
|
Meta l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tkun ingħatat għal tul ta' żmien li jaqbeż it-tmien xhur konsekuttivi jew meta Stat Membru jkun ta l-istess eżenzjoni ripetutament u t-tul ta' żmien kollu tagħha jkun ta' aktar minn tmien xhur, l-Aġenzija għandha tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ikunux ġew sodisfatti u, fi żmien tliet xhur mid-data meta tirċievi l-aħħar notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandha toħroġ rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-eżitu ta' dik il-valutazzjoni. L-Aġenzija għandha tinkludi dik ir-rakkomandazzjoni fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74. F'dak il-każ, filwaqt li tqis dik ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dawk il-kondizzjonijiet ikunux ġew sodisfatti. Meta tqis li dawk il-kondizzjonijiet ma jkunux ġew sodisfatti jew meta ma tibqax timxi mal-eżitu tal-valutazzjoni mill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur mid-data li tirċievi dik ir-rakkomandazzjoni, tadotta att ta' implimentazzjoni li jkun fih id-deċiżjoni tagħha f'dak ir-rigward. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jiddaħħlu mill-Aġenzija fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74. Hekk kif l-Istat Membru kkonċernat jiġi nnotifikat b'att ta' implimentazzjoni li tikkonferma li dawk il-kondizzjonijiet ma jkunux ġew sodisfatti, huwa għandu jirrevoka minnufih l-eżenzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 71 3.
|
Meta Stat Membru jqis li l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Annessi tista' tintwera permezz ta' mezzi oħra għajr dawk stabbiliti fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi ta' dan ir-Regolament, u li dawk il-mezzi joffru vantaġġi sinifikanti f'termini ta' sikurezza tal-avjazzjoni ċivili jew ta' effiċjenza għall-persuni soġġetti għal dan ir-Regolament jew għall-awtoritajiet ikkonċernati, dan jista' jibgħat talba raġunata għall-emendar tal-att delegat u ta' implimentazzjoni kkonċernat lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74, sabiex ikun hemm lok li jintużaw dawk il-mezzi l-oħra. F'dak il-każ, l-Aġenzija għandha toħroġ, mingħajr dewmien bla bżonn, rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni dwar jekk it-talba tal-Istat Membru tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. Meta jkun meħtieġ bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, mingħajr dewmien u filwaqt li tqis dik ir-rakkomandazzjoni, li temenda l-att delegat jew ta' implimentazzjoni kkonċernat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|