+Artikolu 71 1.

Artikolu 71 1.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal dan ir-Regolament mir-rekwiżiti li japplikaw għal dik il-persuna skont il-Kapitolu III, għajr ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dak il-Kapitolu, jew l-atti delegati jew ta' implimentazzjoni adottati abbażi ta' dak il-Kapitolu f'każ ta' ċirkostanzi urġenti mhux prevedibbli li jkunu qed jaffettwaw lil dawk il-persuni jew fil-każ tal-ħtiġijiet operazzjonali urġenti ta' dawk il-persuni, meta jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ma jkunx possibbli li dawk iċ-ċirkostanzi jew dawk il-ħtiġijiet jiġu indirizzati b'mod adegwat f'konformità mar-rekwiżiti applikabbli;

(b) 

fejn meħtieġ jiġu żgurati s-sikurezza, il-protezzjoni ambjentali u l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli, permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' mitigazzjoni;

(c) 

l-Istat Membru jkun taffa kemm jista' jkun kwalunkwe distorsjoni possibbli tal-kondizzjonijiet tas-suq bħala konsegwenza tal-għoti tal-eżenzjoni; u

(d) 

l-eżenzjoni tkun limitata fl-ambitu u fit-tul taż-żmien sal-livell strettament meħtieġ u tiġi applikata b'mod mhux diskriminatorju.

F'każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri l-oħra, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74, dwar l-eżenzjoni li ngħatat, kemm ser iddum tapplika, ir-raġuni għalfejn ingħatat u, fejn applikabbli, il-miżuri meħtieġa ta' mitigazzjoni li ġew applikati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.