+Artikolu 72 Ġbir, skambju u analiżi ta' informazzjoni
---+Artikolu 72 1.
---+Artikolu 72 2.
---+Artikolu 72 3.
---+Artikolu 72 4.
---+Artikolu 72 5.
---+Artikolu 72 6.
---+Artikolu 72 7.

Artikolu 72 Ġbir, skambju u analiżi ta' informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 72 1.
Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom iwettqu skambju ta' kwalunkwe informazzjoni li tkun disponibbli lilhom fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, li tkun rilevanti għall-partijiet l-oħra sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fdati bl-investigazzjoni tal-aċċidenti u tal-inċidenti fl-avjazzjoni ċivili, jew bl-analiżi tal-okkorrenzi, għandhom ikunu intitolati wkoll li jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Dik l-informazzjoni tista' wkoll titqassam lill-partijiet interessati f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.
Artikolu 72 2.
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 996/2010 u (UE) Nru 376/2014, l-Aġenzija għandha tikkoordina fil-livell tal-Unjoni l-ġbir, l-iskambju u l-analiżi ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż data operattiva dwar titjiriet. Għal dak il-għan, l-Aġenzija tista' tidħol f' arranġamenti dwar ġbir, skambju u analiżi ta' informazzjoni ma' persuni fiżiċi u ġuridiċi soġġetti għal dan ir-Regolament jew ma' assoċjazzjonijiet ta' tali persuni. Meta tiġbor, tiskambja u tanalizza l-informazzjoni u tidħol f'arranġamenti bħal dawn u tagħtihom effett, l-Aġenzija għandha tillimita kemm jista' jkun il-piż amministrattiv fuq il-persuni kkonċernati u tiżgura protezzjoni xierqa tal-informazzjoni, inkluż kwalunkwe data personali li tinsab fiha, f'konformità mal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u mal-Artikoli 73(1), 123 u 132 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 72 3.
L-Aġenzija għandha, fuq talba, tassisti lill-Kummissjoni fil-ġestjoni tar-Repożitorju Ċentrali Ewropew imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 376/2014.
Artikolu 72 4.
Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tanalizza kwistjonijiet urġenti jew importanti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta jkun rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija għall-fini li jwettqu tali analiżi.
Artikolu 72 5.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-iskambju tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u t-tqassim ta' tali informazzjoni lil partijiet interessati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal- proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

Ir-regoli dettaljati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom iqisu l-ħtieġa li:

(a) 

persuni fiżiċi u ġuridiċi soġġetti għal dan ir-Regolament jiġu pprovduti bl-informazzjoni li jeħtieġu sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 u sabiex javvanzawhom;

(b) 

t-tqassim u l-użu tal-informazzjoni jiġu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1;

(c) 

jiġi evitat li l-informazzjoni ssir disponibbli jew li l-informazzjoni tintuża sabiex jiġi attribwit tort jew responsabbiltà, mingħajr preġudizzju għal-liġi kriminali nazzjonali applikabbli.

Artikolu 72 6.
Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, kif ukoll il-persuni fiżiċi u ġuridiċi u l-assoċjazzjonijiet ta' dawk il-persuni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw kunfidenzjalità xierqa b'rabta mal-informazzjoni li jkunu rċevew skont dan l-Artikolu. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit ta' kunfidenzjalità aktar strett previst fir-Regolamenti (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014, jew f'leġislazzjoni oħra tal-Unjoni.
Artikolu 72 7.
Sabiex il-pubbliku ġenerali jiġi mgħarraf dwar il-livell ġenerali ta' sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, kull sena l-Aġenzija għandha tippubblika annwalment, u fejn japplikaw ċirkostanzi speċjali, rieżami tas-sikurezza. Dak ir-rieżami għandu jkun fih analiżi tas-sitwazzjoni ġenerali b'rabta mas-sikurezza f'lingwaġġ li jkun sempliċi u faċli biex jinftiehem u għandu jindika jekk ikunx hemm riskji ogħla b'rabta mas-sikurezza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.