|
+Artikolu 72 5. |
Artikolu 72 5.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-iskambju tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u t-tqassim ta' tali informazzjoni lil partijiet interessati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal- proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3). Ir-regoli dettaljati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom iqisu l-ħtieġa li:
(a)
persuni fiżiċi u ġuridiċi soġġetti għal dan ir-Regolament jiġu pprovduti bl-informazzjoni li jeħtieġu sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 u sabiex javvanzawhom;
(b)
t-tqassim u l-użu tal-informazzjoni jiġu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1;
(c)
jiġi evitat li l-informazzjoni ssir disponibbli jew li l-informazzjoni tintuża sabiex jiġi attribwit tort jew responsabbiltà, mingħajr preġudizzju għal-liġi kriminali nazzjonali applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|