|
+Artikolu 74 6. |
Artikolu 74 6.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u kwalunkwe awtorità kompetenti tal-Istati Membri li tkun fdata bl-investigazzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fl-avjazzjoni ċivili, għandu jkollhom aċċess online u sikur għall-informazzjoni kollha inkluża fir-repożitorju sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom. Fejn rilevanti, il-Kummissjoni u l-Aġenzija jistgħu jqassmu ċerta informazzjoni inkluża fir-repożitorju, għajr l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, lill-partijiet interessati jew iqiegħduha għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. L-Aġenzija għandha, fi kwalunkwe każ, tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni li ġejja:
(a)
kwalunkwe ċertifikat maħruġ u kwalunkwe dikjarazzjoni rċevuta skont l-Artikolu 2(4);
(b)
kwalunkwe deċiżjoni tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru nnotifikata lilha skont l-Artikolu 2(6) u (7).
(c)
kwalunkwe deċiżjoni ta' Stat Membru nnotifikata lilha skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(11). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|