+Artikolu 75 Stabbiliment u funzjonijiet tal-Aġenzija
---+Artikolu 75 1.
---+Artikolu 75 2.

Artikolu 75 Stabbiliment u funzjonijiet tal-Aġenzija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 75 1.
B'dan qed tiġi stabbilita Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.
Artikolu 75 2.

Għall-finijiet li jiġu żgurati l-funzjonament u l-iżvilupp adatti tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni f'konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1, l-Aġenzija għandha:

(a) 

twettaq kwalunkwe kompitu u tifformula opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha koperti minn dan ir-Regolament;

(b) 

tassisti lill-Kummissjoni billi tħejji miżuri li għandhom jittieħdu skont dan ir-Regolament. Meta dawk il-miżuri jkunu jinkludu regoli tekniċi, il-Kummissjoni ma tistax tibdel il-kontenut tagħhom mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Aġenzija;

(c) 

tipprovdi l-appoġġ tekniku, xjentifiku, u amministrattiv meħtieġ lill-Kummissjoni sabiex twettaq il-kompiti tagħha;

(d) 

tieħu l-miżuri meħtieġa fil-limiti tas-setgħat li tkun ġiet konferita minn dan ir-Regolament jew minn leġislazzjoni oħra tal-Unjoni;

(e) 

twettaq spezzjonijiet, attivitajiet oħra ta' monitoraġġ u investigazzjonijiet kif meħtieġ sabiex tissodisfa l-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, jew kif mitlub mill-Kummissjoni;

(f) 

fil-qasam tal-kompetenza tagħha, twettaq, f'isem l-Istati Membri, funzjonijiet u kompiti mogħtija lilhom minn konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli, b'mod partikolari l-Konvenzjoni ta' Chicago;

(g) 

tassisti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, b'mod partikolari billi tipprovdi forum għall-iskambju ta' informazzjoni u ta' għarfien espert;

(h) 

tikkontribwixxi, għal kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, fuq talba mill-Kummissjoni, għat-twaqqif, għall-kejl, għar-rappurtar u għall-analiżi ta' indikaturi tal-prestazzjoni, meta l-leġislazzjoni tal-Unjoni tistabbilixxi skemi ta' prestazzjoni relatati mal-avjazzjoni ċivili;

(i) 

tippromwovi l-istandards u r-regoli tal-avjazzjoni tal-Unjoni fil-livell internazzjonali billi tistabbilixxi kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;

(j) 

tikkoopera ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni f'oqsma fejn l-attivitajiet tagħhom ikunu relatati mal-aspetti tekniċi tal-avjazzjoni ċivili.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.