|
+Artikolu 75 2. |
Artikolu 75 2.Għall-finijiet li jiġu żgurati l-funzjonament u l-iżvilupp adatti tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni f'konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1, l-Aġenzija għandha:
(a)
twettaq kwalunkwe kompitu u tifformula opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha koperti minn dan ir-Regolament;
(b)
tassisti lill-Kummissjoni billi tħejji miżuri li għandhom jittieħdu skont dan ir-Regolament. Meta dawk il-miżuri jkunu jinkludu regoli tekniċi, il-Kummissjoni ma tistax tibdel il-kontenut tagħhom mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Aġenzija;
(c)
tipprovdi l-appoġġ tekniku, xjentifiku, u amministrattiv meħtieġ lill-Kummissjoni sabiex twettaq il-kompiti tagħha;
(d)
tieħu l-miżuri meħtieġa fil-limiti tas-setgħat li tkun ġiet konferita minn dan ir-Regolament jew minn leġislazzjoni oħra tal-Unjoni;
(e)
twettaq spezzjonijiet, attivitajiet oħra ta' monitoraġġ u investigazzjonijiet kif meħtieġ sabiex tissodisfa l-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, jew kif mitlub mill-Kummissjoni;
(f)
fil-qasam tal-kompetenza tagħha, twettaq, f'isem l-Istati Membri, funzjonijiet u kompiti mogħtija lilhom minn konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli, b'mod partikolari l-Konvenzjoni ta' Chicago;
(g)
tassisti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, b'mod partikolari billi tipprovdi forum għall-iskambju ta' informazzjoni u ta' għarfien espert;
(h)
tikkontribwixxi, għal kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, fuq talba mill-Kummissjoni, għat-twaqqif, għall-kejl, għar-rappurtar u għall-analiżi ta' indikaturi tal-prestazzjoni, meta l-leġislazzjoni tal-Unjoni tistabbilixxi skemi ta' prestazzjoni relatati mal-avjazzjoni ċivili;
(i)
tippromwovi l-istandards u r-regoli tal-avjazzjoni tal-Unjoni fil-livell internazzjonali billi tistabbilixxi kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;
(j)
tikkoopera ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni f'oqsma fejn l-attivitajiet tagħhom ikunu relatati mal-aspetti tekniċi tal-avjazzjoni ċivili. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|