+Artikolu 76 Miżuri tal-aġenzija
---+Artikolu 76 1.
---+Artikolu 76 2.
---+Artikolu 76 3.
---+Artikolu 76 4.
---+Artikolu 76 5.
---+Artikolu 76 6.
---+Artikolu 76 7.

Artikolu 76 Miżuri tal-aġenzija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 76 1.
Fuq talba, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' proposti għal emendi ta' dan ir-Regolament u ta' atti delegati u ta' implimentazzjoni li jridu jiġu adottati abbażi ta' dan ir-Regolament, f'konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 4. Id-dokumenti li l-Aġenzija tibgħat lill-Kummissjoni għal dawk il-finijiet għandu jkollhom l-għamla ta' opinjonijiet.
Artikolu 76 2.
L-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-Artikoli 70 u 71.
Artikolu 76 3.
L-Aġenzija għandha, f'konformità mal-Artikolu 115 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni applikabbli adottati abbażi ta' dan ir-Regolament, toħroġ speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, mezzi aċċettabbli ta' konformità u materjal ta' gwida għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.
Artikolu 76 4.
L-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjonijiet adatti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 77 sa 83, 85 u 126 u fejn kompiti jkunu ġew allokati lilha skont l-Artikoli 64 u 65.

L-Aġenzija tista' tagħti eżenzjonijiet lil kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika li tkun ħarġitilha ċertifikat fis-sitwazzjonijiet u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 71(1).

F'każ bħal dan, l-Aġenzija għandha tinnotifika minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74, dwar l-eżenzjonijiet mogħtija, ir-raġunijiet għalfejn ingħataw u, fejn applikabbli, il-miżuri ta' mitigazzjoni meħtieġa applikati.

Meta eżenzjoni tkun ingħatat għal tul ta' żmien ta' aktar minn tmien xhur konsekuttivi jew meta l-Aġenzija tkun tat l-istess eżenzjoni ripetutament u t-tul ta' żmien totali tagħha jkun aktar minn tmien xhur, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 71(1) ikunux ġew issodisfati. Meta tqis li dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni għandha tadotta atti li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha għal dak l-għan. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jiddaħħlu mill-Aġenzija fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74.

Hekk kif l-Aġenzija tirċievi n-notifika ta' dak l-att ta' implimentazzjoni, hija għandha tirrevoka l-eżenzjoni minnufih.

Artikolu 76 5.
L-Aġenzija għandha toħroġ rapporti dwar l-ispezzjonijiet u attivitajiet oħra ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 85.
Artikolu 76 6.

L-Aġenzija għandha tirreaġixxi mingħajr dewmien żejjed għal problema urġenti ta' sikurezza li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-regolament billi:

(a) 

tiddetermina l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed mill-persuni fiżiċi u ġuridiċi li fir-rigward tagħhom hija taġixxi bħala l-awtorità kompetenti u billi tqassam informazzjoni relatata lil dawk il-persuni, inkluż direttivi jew rakkomandazzjonijiet, meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġu salvagwardati l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1; l-Aġenzija tista' wkoll toħroġ bullettini ta' sikurezza li jkun fihom informazzjoni jew rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti indirizzati lil persuni fiżiċi u ġuridiċi oħra involuti f'attivitajiet ta' avjazzjoni;

(b) 

tiddetermina l-objettivi ta' sikurezza li jridu jintlaħqu u tirrakkomanda l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u billi tqassam informazzjoni relatata lil dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġu salvagwardati l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1.

Fir-rigward tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija mingħajr dewmien żejjed dwar il-miżuri meħuda biex jintlaħqu dawk l-objettivi ta' sikurezza determinati mill-Aġenzija. Barra minn hekk, fejn il-problema taffettwa iktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkonċernati għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija biex jiżguraw li l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-objettivi ta' sikurezza jittieħdu b'mod koordinat.

Artikolu 76 7.
L-Aġenzija għandha toħroġ opinjonijiet dwar l-iskemi ta' speċifikazzjoni individwali tal-ħin tat-titjir proposti mill-Istati Membri skont l-atti delegati adottati f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 32(1) li jiddevjaw mill-ispeċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjonijiet adottati mill-Aġenzija.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.