+Artikolu 83 Investigazzjonijiet mill-Aġenzija
---+Artikolu 83 1.
---+Artikolu 83 2.
---+Artikolu 83 3.
---+Artikolu 83 4.
|
Artikolu 83 Investigazzjonijiet mill-Aġenzija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 83 1.
|
L-Aġenzija għandha twettaq hi stess jew permezz ta' awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew ta' entitajiet kwalifikati, l-investigazzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar f'konformità mal-Artikolu 62(2).
|
|
Artikolu 83 2.
|
Għall-finijiet ta' twettiq tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandu jkollha s-setgħa li:
(a)
tirrikjedi li l-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li tkun ħarġitilhom ċertifikat, jew li jkunu għamlulha dikjarazzjoni, jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni kollha meħtieġa;
(b)
tirrikjedi li dawk il-persuni jipprovdu spjegazzjonijiet bil-fomm dwar kwalunkwe fatt, dokument, oġġett, proċedura jew suġġett ieħor rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk il-persuna tikkonformax ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
(c)
tidħol fil-bini, l-art u l-mezzi tat-trasport rilevanti ta' dawk il-persuni;
(d)
teżamina, tikkopja jew tieħu estratti minn kwalunkwe dokument, rekord jew data rilevanti miżmuma minn dawk il-persuni jew li dawk il-persuni jkollhom aċċess għaliha, ikun xi jkun il-mezz li fuqu tkun maħżuna l-informazzjoni inkwistjoni.
L-Aġenzija għandha, fejn meħtieġ sabiex jiġi ddeterminat jekk persuna li l-Aġenzija tkun ħarġitilha ċertifikat, jew li tkun għamlet dikjarazzjoni lill-Aġenzija, tikkonformax ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, ikollha wkoll is-setgħa li teżerċita s-setgħat stabbiliti fl-ewwel subparagrafu fir-rigward ta' kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika oħra li tista' raġonevolment tkun mistennija jkollha l-informazzjoni rilevanti għal dawk il-finijiet jew li jkollha aċċess għaliha. Is-setgħat ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn isseħħ l-investigazzjoni, b'attenzjoni dovuta għad-drittijiet u għall-interessi leġittimi tal-persuni kkonċernati u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Meta, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni bil-quddiem mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat biex wieħed jidħol f'bini, art u mezz tat-trasport rilevanti kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati biss wara li tkun inkisbet tali awtorizzazzjoni bil-quddiem.
|
|
Artikolu 83 3.
|
L-Aġenzija għandha tiżgura li l-membri tal-persunal tagħha u, fejn rilevanti, kwalunkwe espert ieħor li jkun qed jipparteċipa fl-investigazzjoni, ikun ikkwalifikat biżżejjed, imħarreġ b'mod adegwat u awtorizzat kif suppost. Dawk il-persuni għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom wara li jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub.
|
|
Artikolu 83 4.
|
Fuq talba tal-Aġenzija, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ser issir l-investigazzjoni, għandhom jgħinuha twettaq l-investigazzjoni. Meta tali assistenza tkun meħtieġa, fi żmien debitu qabel l-investigazzjoni, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ser issir l-investigazzjoni dwar l-investigazzjoni u dwar l-assistenza meħtieġa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|