|
+Artikolu 83 2. |
Artikolu 83 2.Għall-finijiet ta' twettiq tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandu jkollha s-setgħa li:
(a)
tirrikjedi li l-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li tkun ħarġitilhom ċertifikat, jew li jkunu għamlulha dikjarazzjoni, jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni kollha meħtieġa;
(b)
tirrikjedi li dawk il-persuni jipprovdu spjegazzjonijiet bil-fomm dwar kwalunkwe fatt, dokument, oġġett, proċedura jew suġġett ieħor rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk il-persuna tikkonformax ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
(c)
tidħol fil-bini, l-art u l-mezzi tat-trasport rilevanti ta' dawk il-persuni;
(d)
teżamina, tikkopja jew tieħu estratti minn kwalunkwe dokument, rekord jew data rilevanti miżmuma minn dawk il-persuni jew li dawk il-persuni jkollhom aċċess għaliha, ikun xi jkun il-mezz li fuqu tkun maħżuna l-informazzjoni inkwistjoni. L-Aġenzija għandha, fejn meħtieġ sabiex jiġi ddeterminat jekk persuna li l-Aġenzija tkun ħarġitilha ċertifikat, jew li tkun għamlet dikjarazzjoni lill-Aġenzija, tikkonformax ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, ikollha wkoll is-setgħa li teżerċita s-setgħat stabbiliti fl-ewwel subparagrafu fir-rigward ta' kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika oħra li tista' raġonevolment tkun mistennija jkollha l-informazzjoni rilevanti għal dawk il-finijiet jew li jkollha aċċess għaliha. Is-setgħat ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn isseħħ l-investigazzjoni, b'attenzjoni dovuta għad-drittijiet u għall-interessi leġittimi tal-persuni kkonċernati u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Meta, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni bil-quddiem mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat biex wieħed jidħol f'bini, art u mezz tat-trasport rilevanti kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati biss wara li tkun inkisbet tali awtorizzazzjoni bil-quddiem. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|