+Artikolu 84 Multi u ħlasijiet penali perjodiċi
---+Artikolu 84 1.
---+Artikolu 84 2.
---+Artikolu 84 3.
---+Artikolu 84 4.
---+Artikolu 84 5.
---+Artikolu 84 6.
|
Artikolu 84 Multi u ħlasijiet penali perjodiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 84 1.
|
Fuq talba tal-Aġenzija, il-Kummissjoni tista' timponi fuq persuna ġuridika jew fiżika li l-Aġenzija tkun ħarġitilha ċertifikat, jew li tkun għamlet dikjarazzjoni lill-Aġenzija, f'konformità ma' dan ir-Regolament, waħda minn dawn li ġejjin jew it-tnejn li huma:
(a)
multa, meta dik il-persuna tkun kisret, b'mod intenzjonali jew b'negliġenza, waħda mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
(b)
pagament perjodiku ta' penali meta dik il-persuna tkompli tikser waħda minn dawk id-dispożizzjonijiet, sabiex iġġiegħel lil dik il-persuna tikkonforma ma' dawk id-dispożizzjonijiet.
|
|
Artikolu 84 2.
|
Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta' penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawn għandhom jiġu stabbiliti b'kont meħud tal-gravità tal-każ, u b'mod partikolari kemm is-sikurezza jew il-protezzjoni tal-ambjent ikunu ġew kompromessi, l-attività li fiha jkun seħħ il-ksur u l-kapaċità ekonomika tal-persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata. L-ammont tal-multi ma għandux jisboq l-4 % tad-dħul jew tal-fatturat annwali tal-persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata. L-ammont tal-penali perjodiku ma għandux jisboq it-2,5 % tad-dħul jew tal-fatturat medju ta' kuljum tal-persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata.
|
|
Artikolu 84 3.
|
Il-Kummissjoni ma għandhiex timponi multi u pagamenti perjodiċi ta' penali skont il-paragrafu 1 ħlief meta l-miżuri l-oħra previsti f'dan ir-Regolament u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu sabiex jiġi indirizzat ksur bħal dan ma jkunux adegwati jew proporzjonati.
|
|
Artikolu 84 4.
|
Fir-rigward tal-applikazzjoni ta' multi u ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali f'konformità ma' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 128, li jistabbilixxu:
(a)
kriterji dettaljati u metodoloġija dettaljata għall-istabbiliment tal-ammonti tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta' penali;
(b)
regoli dettaljati għat-tiftix, il-miżuri u r-rappurtar assoċjati, kif ukoll għat-teħid ta' deċiżjonijiet, inkluż dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, l-aċċess għall-fajl, ir-rappreżentanza legali, il-kunfidenzjalità u d-dispożizzjonijiet temporanji; u
(c)
proċeduri għall-ġbir tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta' penali.
|
|
Artikolu 84 5.
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni sħiħa biex tirrieżamina d-deċiżjonijiet li tkun ħadet il-Kummissjoni skont il-paragrafu 1. Hi tista' tikkanċella, tnaqqas jew iżżid il-multa imposta jew il-pagament perjodiku ta' penali impost.
|
|
Artikolu 84 6.
|
Id-deċiżjonijiet li tkun ħadet il-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu ta' natura kriminali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|