+Artikolu 86 Riċerka u innovazzjoni
---+Artikolu 86 1.
---+Artikolu 86 2.
---+Artikolu 86 3.
---+Artikolu 86 4.
---+Artikolu 86 5.
|
Artikolu 86 Riċerka u innovazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 86 1.
|
L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta' temi ewlenin ta' riċerka fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili sabiex tikkontribwixxi biex jiġu żgurati konsistenza u koordinazzjoni bejn ir-riċerka u l-iżvilupp iffinanzjati minn fondi pubbliċi u l-politiki li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 86 2.
|
L-Aġenzija għandha tappoġġa lill-Kummissjoni fid-definizzjoni u fit-twettiq tal-programmi qafas rilevanti tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni u tal-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali, inkluż fit-twettiq ta' proċeduri ta' evalwazzjoni, fir-rieżami ta' proġetti ffinanzjati u fl-isfruttament tar-riżultati ta' proġetti ta' riċerka u ta' innovazzjoni. L-Aġenzija għandha timplimenta partijiet relatati mal-avjazzjoni ċivili tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni meta l-Kummissjoni tkun iddelegat is-setgħat rilevanti lilha.
|
|
Artikolu 86 3.
|
L-Aġenzija tista' tiżviluppa u tiffinanzja riċerka dment li din tkun strettament relatata mat-titjib ta' attivitajiet fil-kompetenza tagħha. Il-ħtiġijiet u l-attivitajiet ta' riċerka tal-Aġenzija għandhom jiġu inklużi fil-programm ta' ħidma annwali tagħha.
|
|
Artikolu 86 4.
|
Ir-riżultati tar-riċerka ffinanzjata mill-Aġenzija għandhom jiġu ppubblikati, ħlief jekk ir-regoli applikabbli tal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali jew ir-regoli ta' sigurtà tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 123 jipprekludu pubblikazzjoni bħal din.
|
|
Artikolu 86 5.
|
Minbarra l-kompiti stabbiliti fil-paragrafi minn 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 75, l-Aġenzija tista' tkun involuta wkoll f'attivitajiet ta' riċerka apposta, dment li dawk l-attivitajiet ikunu kompatibbli mal-kompiti tal-Aġenzija u mal-objettivi ta' dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|