+Artikolu 99 Il-kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija
---+Artikolu 99 1.
---+Artikolu 99 2.
---+Artikolu 99 3.
---+Artikolu 99 4.
---+Artikolu 99 5.
|
Artikolu 99 Il-kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 99 1.
|
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, kollha bid-dritt tal-vot. Kull Stat Membru għandu jaħtar membru wieħed tal-Bord ta' Tmexxija u żewġ membri supplenti. Membru supplenti għandu i jirrappreżenta lill-membru meta dan ikun assenti. Il-Kummissjoni għandha taħtar żewġ rappreżentanti u l-membri supplenti tagħhom. Il-mandat għall-membri u għall-membri supplenti tagħhom għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġi estiż.
|
|
Artikolu 99 2.
|
Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija u l-membri supplenti tagħhom għandhom jinħatru minħabba fl-għarfien, tal-esperjenza rikonoxxuta u tal-impenn tagħhom fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, filwaqt li titqies il-kompetenza esperta maniġerjali, amministrattiva u baġitarja rilevanti, li għandhom jintużaw sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament. Il-membri għandu jkollhom responsabbiltà ġenerali tal-inqas għall-politika dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Istati Membri rispettivi tagħhom.
|
|
Artikolu 99 3.
|
Il-partijiet kollha rrappreżentati fil-Bord ta' Tmexxija għandhom jagħmlu sforzi sabiex jillimitaw ir-rotazzjoni tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-Bord ta' Tmexxija. Il-partijiet kollha għandu jkollhom l-għan li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord ta' Tmexxija.
|
|
Artikolu 99 4.
|
Meta jkun xieraq, il-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti ta' pajjiżi terzi Ewropej fil-Bord ta' Tmexxija bi status ta' osservatur u l-kondizzjonijiet għal tali parteċipazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 129.
|
|
Artikolu 99 5.
|
Il-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 98(4) għandu jaħtar erbgħa mill-membri tiegħu sabiex jipparteċipaw bi status ta' osservatur fil-Bord ta' Tmexxija. Dawn għandhom jirrappreżentaw, b'mod kemm jista' jkun ġenerali, il-fehmiet differenti rrappreżentati f'dan il-korp konsultattiv. Il-mandat inizjali għandu jkun ta' 48 xahar u għandu jkun jista' jiġi estiż.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|