+Artikolu 115 Proċeduri għall-iżvilupp ta' opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, mezzi aċċettabbli ta' konformità u materjal ta' gwida
---+Artikolu 115 1.
---+Artikolu 115 2.
---+Artikolu 115 3.
|
Artikolu 115 Proċeduri għall-iżvilupp ta' opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, mezzi aċċettabbli ta' konformità u materjal ta' gwida
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 115 1.
|
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi proċeduri trasparenti għall-ħruġ ta' opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, mezzi aċċettabbli ta' konformità u materjal ta' gwida msemmija fl-Artikolu 76(1) u (3). Dawk il-proċeduri għandhom:
(a)
jagħmlu użu mill-kompetenza esperta tal-awtoritajiet ċivili, u fejn adatt, l-awtoritajiet tal-avjazzjoni militari tal-Istati Membri;
(b)
kulfejn meħtieġ, jinvolvu l-esperti minn partijiet interessati rilevanti jew jagħmlu użu mill-kompetenza esperta tal-korpi rilevanti Ewropej ta' standardizzazzjoni jew ta' korpi speċjalizzati oħra;
(c)
jiżguraw li l-Aġenzija tippubblika d-dokumenti u tikkonsulta b'mod wiesa' mal-partijiet interessati, f'konformità ma' skeda ta' żmien u ma' proċedura li tinkludi obbligu fuq l-Aġenzija sabiex tagħti tweġiba bil-miktub fil-proċess ta' konsultazzjoni.
|
|
Artikolu 115 2.
|
Meta, skont l-Artiklu 76(1) u (3), l-Aġenzija tiżviluppa opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, mezzi aċċettabbli ta' konformità u materjal ta' gwida, din għandha tistabbilixxi proċedura għall-konsultazzjoni minn qabel tal-Istati Membri. Għal dan il-għan, hija tista' toħloq grupp ta' ħidma li kull Stat Membru jkun intitolat jinnomina espert fih. Meta tkun meħtieġa konsultazzjoni relatata ma' aspetti militari, l-Aġenzija għandha tikkonsulta, apparti l-Istati Membri, lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u esperti militari kompetenti maħtura mill-Istati Membri. Meta tkun meħtieġa konsultazzjoni relatata mal-impatt soċjali possibbli ta' dawk il-miżuri tal-Aġenzija, l-Aġenzija għandha tinvolvi lis-sħab soċjali tal-Unjoni u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.
|
|
Artikolu 115 3.
|
L-Aġenzija għandha tippubblika l-opinjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, il-mezzi aċċettabbli ta' konformità u l-materjal ta' gwida żviluppati skont l-Artikolu 76(1) u (3) u l-proċeduri stabbiliti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fil-pubblikazzjoni uffiċjali tal-Aġenzija.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|