|
+Artikolu 115 1. |
Artikolu 115 1.Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi proċeduri trasparenti għall-ħruġ ta' opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, mezzi aċċettabbli ta' konformità u materjal ta' gwida msemmija fl-Artikolu 76(1) u (3). Dawk il-proċeduri għandhom:
(a)
jagħmlu użu mill-kompetenza esperta tal-awtoritajiet ċivili, u fejn adatt, l-awtoritajiet tal-avjazzjoni militari tal-Istati Membri;
(b)
kulfejn meħtieġ, jinvolvu l-esperti minn partijiet interessati rilevanti jew jagħmlu użu mill-kompetenza esperta tal-korpi rilevanti Ewropej ta' standardizzazzjoni jew ta' korpi speċjalizzati oħra;
(c)
jiżguraw li l-Aġenzija tippubblika d-dokumenti u tikkonsulta b'mod wiesa' mal-partijiet interessati, f'konformità ma' skeda ta' żmien u ma' proċedura li tinkludi obbligu fuq l-Aġenzija sabiex tagħti tweġiba bil-miktub fil-proċess ta' konsultazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|