+Artikolu 121 Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit
---+Artikolu 121 1.
---+Artikolu 121 2.
---+Artikolu 121 3.
---+Artikolu 121 4.
---+Artikolu 121 5.
---+Artikolu 121 6.
---+Artikolu 121 7.
---+Artikolu 121 8.
---+Artikolu 121 9.
---+Artikolu 121 10.

Artikolu 121 Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 121 1.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.
Artikolu 121 2.
Sal-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Aġenzija għandu wkoll jibgħat rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni sal-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet u tal-korpi deċentralizzati f'konformità mal-Artikolu 147 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ).
Artikolu 121 3.
Sal-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
Artikolu 121 4.
Skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Aġenzija li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu u d-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħathom lill-Bord ta' Tmexxija għal opinjoni.
Artikolu 121 5.
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.
Artikolu 121 6.
L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Aġenzija għandu, sal-1 ta' Lulju ta' wara kull sena finanzjarja, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija.
Artikolu 121 7.
Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru wara kull sena finanzjarja.
Artikolu 121 8.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet tagħha sat-30 ta' Settembru wara kull sena finanzjarja. Huwa għandu wkoll jibgħat dik it-tweġiba lill-Bord ta' Tmexxija u lill-Kummissjoni.
Artikolu 121 9.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, kif previst mill-Artikolu 165(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Artikolu 121 10.
Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena n + 2, jiddeċiedi dwar il-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena n.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.