+Artikolu 134 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008

Artikolu 134 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008

Artikolu 134

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 huwa emendat kif ġej:

1. 

fl-Artikolu 4, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b) ikollha ĊOA validu maħruġ f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ) jew minn awtorità nazzjonali ta' Stat Membru, jew minn diversi awtoritajiet nazzjonali ta' Stati Membri li jaġixxu b'mod konġunt f'konformità mal-Artikolu 62(5) ta' dak ir-Regolament jew mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

2. 

L-Artikolu 6 hu sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru

1.  
L-għoti u l-validità ta' liċenzja tal-operazzjoni għandhom jiddependu mill-pussess ta' ĊOA validu li jispeċifika l-attivitajiet koperti minn dik il-liċenzja operattiva.
2.  
Kwalunkwe modifika fiċ-ĊOA ta' trasportatur tal-ajru Komunitarju għandha tkun riflessa, fejn xieraq, fil-liċenzja operattiva tiegħu.

L-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-liċenzji malajr kemm jista' jkun bi kwalunkwe bidla proposta rilevanti fiċ-ĊOA.

3.  
L-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA u l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandhom jaqblu dwar miżuri għal skambju proattiv ta' informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni u ż-żamma taċ-ĊOA u tal-liċenzja operattiva.

Dak l-iskambju jista' jinkludi, mingħajr ma jkun limitat għal, informazzjoni marbuta mal-arranġamenti finanzjarji, organizzattivi u dwar is-sjieda tat-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza jew is-solvenza tal-operazzjonijiet tagħha jew li jistgħu jassistu lill-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA fit-twettiq tal-attivitajiet ta' sorveljanza tagħha relatati mas-sikurezza. Meta l-informazzjoni tingħata b'mod kunfidenzjali, għandhom jiġu stabbiliti miżuri biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tiġi protetta b'mod adegwat.

3a.  
Fejn x'aktarx li tkun meħtieġa azzjoni ta' infurzar, l-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA u l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandhom jikkonsultaw lil xulxin mill-aktar fis possibbli qabel ma jieħdu tali azzjoni, u jaħdmu flimkien sabiex isolvu l-kwistjonijiet qabel ma tittieħed azzjoni. Fejn tittieħed azzjoni, l-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA u l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandhom jinnotifikaw lil xulxin mill-aktar fis possibbli dwar it-teħid tal-azzjoni.”;
(3) 

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.  
Inġenju tal-ajru li jintuża minn trasportatur tal-ajru Komunitarju għandu jiġi rreġistrat, skont l-għażla tal-Istat Membru li l-awtorità kompetenti tiegħu toħroġ il-liċenzja operattiva, jew fir-reġistru nazzjonali tiegħu stess jew inkella fir-reġistru nazzjonali ta' Stat Membri ieħor. Madankollu, meta jintuża taħt ftehim ta' kiri mingħajr ekwipaġġ jew bl-ekwipaġġ skont l-Artikolu 13, dak l-inġenju tal-ajru jista' jiġi rreġistrat fir-reġistru nazzjonali jew ta' kwalunkwe Stat Membru jew inkella ta' pajjiż terz.”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.