+Artikolu 140 Dispożizzjonijiet tranżitorji
---+Artikolu 140 1.
---+Artikolu 140 2.
---+Artikolu 140 3.
---+Artikolu 140 4.
---+Artikolu 140 5.
---+Artikolu 140 6.

Artikolu 140 Dispożizzjonijiet tranżitorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 140 1.
Iċ-ċertifikati u l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi dwar l-ajrunavigabbiltà li jkunu nħarġu jew ġew rikonoxxuti u d-dikjarazzjonijiet magħmula jew rikonoxxuti f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu għandhom jibqgħu validi u għandhom jitqiesu li nħarġu, saru u ġew rikonoxxuti skont id-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament, inkluż għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 67.
Artikolu 140 2.

Mhux aktar tard mit-12 ta' Settembru 2023 ir-regoli ta' implimentazzjoni adottati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u (KE) Nru 552/2004 għandhom jiġu adattati għal dan ir-Regolament. Sa ma jsir l-adattament, kwalunkwe referenza f'dawk ir-regoli ta' implimentazzjoni għal:

(a) 

“operazzjoni kummerċjali” għandha tinftiehem bħala referenza għall-punt (i) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

(b) 

“inġenju tal-ajru mħaddem b'magna kumplessa” għandha tinftiehem bħala referenza għall-punt (j) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

(c) 

“tagħmir” għandha tinftiehem bħala referenza għall-punt (29) tal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament;

(d) 

“liċenzja ta' bdot għal titjir rikreattiv” għandha tinftiehem bħala referenza għal-liċenzja msemmija fl-Artikolu 7(7) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

Artikolu 140 3.
L-Aġenzija għandha toħroġ, sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-11 ta' Settembru 2018, f'konformità mal-Artikolu 76(1) u 76(3) ta' dan ir-Regolament, opinjonijiet li jikkonċernaw proposti għal emendi għar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 ( 20 ), (UE) Nru 1321/2014 ( 21 ), (UE) Nru 1178/2011 ( 22 ), u (UE) Nru 965/2012 ( 23 ) u l-ispeċifikazzjoni ta' ċertifikazzjoni applikabbli sabiex jiġu adattati, fir-rigward ta' inġenji tal-ajru maħsuba primarjament għall-użu sportiv u rikreattiv, għal dan ir-Regolament.
Artikolu 140 4.
Sat-12 ta' Settembru 2021 l-Aġenzija tista' toħroġ materjal ta' gwida għal użu volontarju mill-Istati Membri biex tappoġġa l-iżvilupp ta' regoli nazzjonali proporzjonati li jikkonċernaw id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta' inġenji tal-ajru elenkati fl-Anness I.
Artikolu 140 5.
B'deroga mill-Artikoli 55 u 56, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandhom jibqgħu japplikaw sakemm l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 58 u l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ.
Artikolu 140 6.
L-Istati Membri għandhom itemmu jew jaġġustaw il-ftehimiet bilaterali eżistenti li jkunu kkonkludew ma' pajjiżi terzi għall-oqsma li huma koperti b'dan ir-Regolament mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u fi kwalunkwe każ qabel it-12 ta' Settembru 2021.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.