|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.Meta l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu responsabbli f’konformità mal-Artikolu 4 biex jiżguraw l-aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2), huma għandhom jiżguraw li tali informazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tkun faċli għall-utenti, u tippermetti lill-utenti sabiex b’mod faċli jsibu u jifhmu l-informazzjoni u jidentifikaw faċilment liema partijiet tal-informazzjoni jkunu rilevanti għas-sitwazzjoni partikolari tagħhom;
(b)
tkun eżatta u komprensiva biżżejjed biex tkopri l-informazzjoni li l-utenti jridu jkunu jafu sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom f’konformità sħiħa mar-regoli u l-obbligi applikabbli;
(c)
tinkludi referenzi, links għal atti legali, speċifikazzjonijiet tekniċi u linji gwida, fejn ikun rilevanti;
(d)
tinkludi l-isem tal-awtorità kompetenti jew tal-entità responsabbli mill-kontenut tal-informazzjoni;
(e)
tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ kwalunkwe servizz ta’ assistenza jew ta’ soluzzjoni tal-problemi, bħal numru tat-telefon, indirizz tal-posta elettronika, formola għall-mistoqsijiet online jew kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika użat b’mod komuni li jkun l-aktar adattat għat-tip ta’ servizz offrut u għall-udjenza fil-mira ta’ dan is-servizz;
(f)
tinkludi d-data tal-aħħar aġġornament tal-informazzjoni, jekk ikun hemm, jew fejn l-informazzjoni ma tkunx ġiet aġġornata, id-data ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni;
(g)
tkun strutturata tajjeb u ppreżentata b’mod li l-utenti jistgħu jsibu malajr l-informazzjoni li jridu;
(h)
tinżamm aġġornata; u
(i)
tkun miktuba f’lingwaġġ ċar u sempliċi adattat għall-ħtiġijiet tal-utenti fil-mira. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|