+Artikolu 9 Kwalità tal-informazzjoni dwar id-drittijiet, l-obbligi u r-regoli
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.

Artikolu 9 Kwalità tal-informazzjoni dwar id-drittijiet, l-obbligi u r-regoli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.

Meta l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu responsabbli f’konformità mal-Artikolu 4 biex jiżguraw l-aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2), huma għandhom jiżguraw li tali informazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

tkun faċli għall-utenti, u tippermetti lill-utenti sabiex b’mod faċli jsibu u jifhmu l-informazzjoni u jidentifikaw faċilment liema partijiet tal-informazzjoni jkunu rilevanti għas-sitwazzjoni partikolari tagħhom;

(b) 

tkun eżatta u komprensiva biżżejjed biex tkopri l-informazzjoni li l-utenti jridu jkunu jafu sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom f’konformità sħiħa mar-regoli u l-obbligi applikabbli;

(c) 

tinkludi referenzi, links għal atti legali, speċifikazzjonijiet tekniċi u linji gwida, fejn ikun rilevanti;

(d) 

tinkludi l-isem tal-awtorità kompetenti jew tal-entità responsabbli mill-kontenut tal-informazzjoni;

(e) 

tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ kwalunkwe servizz ta’ assistenza jew ta’ soluzzjoni tal-problemi, bħal numru tat-telefon, indirizz tal-posta elettronika, formola għall-mistoqsijiet online jew kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika użat b’mod komuni li jkun l-aktar adattat għat-tip ta’ servizz offrut u għall-udjenza fil-mira ta’ dan is-servizz;

(f) 

tinkludi d-data tal-aħħar aġġornament tal-informazzjoni, jekk ikun hemm, jew fejn l-informazzjoni ma tkunx ġiet aġġornata, id-data ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni;

(g) 

tkun strutturata tajjeb u ppreżentata b’mod li l-utenti jistgħu jsibu malajr l-informazzjoni li jridu;

(h) 

tinżamm aġġornata; u

(i) 

tkun miktuba f’lingwaġġ ċar u sempliċi adattat għall-ħtiġijiet tal-utenti fil-mira.

Artikolu 9 2.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu aċċessibbli f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li tinftiehem b’mod ġenerali mill-akbar għadd possibbli ta’ utenti transfruntiera, skont l-Artikolu 12.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.