+Artikolu 10 Kwalità tal-informazzjoni dwar il-proċeduri
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.

Artikolu 10 Kwalità tal-informazzjoni dwar il-proċeduri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.

Għall-finijiet ta’ konformità mal-Artikolu 4, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li, qabel mal-utenti jkunu jridu jidentifikaw lilhom infushom qabel it-tnedija tal-proċedura, huma jkollhom aċċess għal spjegazzjoni li tkun komprensiva, ċara u faċli biżżejjed għall-utent tal-elementi li ġejjin, fejn applikabbli, tal-proċeduri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2):

(a) 

il-passi relevanti tal-proċedura li għandhom jittieħdu mill-utent, inkluża kwalunkwe eċċezzjoni, skont l-Artikolu 6(3), għall-obbligu li l-Istati Membri joffru proċedura kompletament online;

(b) 

l-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-proċedura, inklużi d-dettalji tal-kuntatt tagħha;

(c) 

il-mezzi aċċettati ta’ awtentikazzjoni, identifikazzjoni u ffirmar għall-proċedura;

(d) 

it-tip u l-format tal-evidenza li għandha tiġi ppreżentata;

(e) 

il-mezzi ta’ rimedju jew appell li huma ġeneralment disponibbli f’każ ta’ tilwim mal-awtoritajiet kompetenti;

(f) 

il-miżati applikabbli u l-metodu ta’ ħlas online;

(g) 

kwalunkwe skadenza li għandha tiġi osservata mill-utent jew mill-awtorità kompetenti u fejn ma jkun hemm ebda skadenza, iż-żmien medju, approssimattiv jew indikattiv li l-awtorità kompetenti teħtieġ biex tlesti l-proċedura;

(h) 

kwalunkwe regola li tikkonċerna nuqqas ta’ tweġiba mill-awtorità kompetenti u l-konsegwenza legali ta’ dan għall-utenti, inklużi l-approvazzjoni taċita jew arranġamenti ta’ silenzju amministrattiv;

(i) 

kwalunkwe lingwa oħra li fiha tista’ titwettaq il-proċedura.

Artikolu 10 2.
Jekk ma jkunu jeżistu l-ebda approvazzjoni taċita, arranġamenti ta’ silenzju amministrattiv jew arranġamenti simili, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn applikabbli, jinformaw lill-utenti dwar kwalunkwe dewmien u dwar kwalunkwe estensjoni tal-iskadenzi jew dwar kwalunkwe konsegwenza tagħhom.
Artikolu 10 3.
Meta l-ispjegazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun diġà disponibbli għall-utenti li ma humiex transfruntiera, din tista’ tintuża jew terġa’ tintuża għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dment li tkun tkopri wkoll is-sitwazzjoni tal-utenti transfruntiera, fejn applikabbli.
Artikolu 10 4.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ispjegazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu aċċessibbli f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li tinftiehem b’mod ġenerali mill-akbar għadd possibbli ta’ utenti transfruntiera, skont l-Artikolu 12.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1724
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.