+Artikolu 5 Disponibbiltà tad-data għall-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
|
Artikolu 5 Disponibbiltà tad-data għall-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1
|
1. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti biex jitolbu jew jiksbu aċċess għal data biex iwettqu d-dmirijiet uffiċjali tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali. L-aċċess għad-data mill-awtoritajiet kompetenti ma jistax jiġi rrifjutat fuq il-bażi li d-data tiġi pproċessata fi Stat Membru ieħor.
|
|
Artikolu 5 2
|
2. Fejn, wara li tkun talbet aċċess għal data ta' utent, awtorità kompetenti ma tiksibx aċċess għal data u jekk ma jkun jeżisti l-ebda mekkaniżmu ta' kooperazzjoni speċifiku taħt il-liġi tal-Unjoni jew ftehimiet internazzjonali sabiex id-data tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti, dik l-awtorità kompetenti tista' titlob l-għajnuna minn awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7.
|
|
Artikolu 5 3
|
3. Fejn talba għall-għajnuna timplika li jinkiseb aċċess għal kwalunkwe fond ta' persuna fiżika jew ġuridika, inkluż għal kwalunkwe tagħmir u mezzi tal-ipproċessar tad-data, mill-awtorità li ssirilha t-talba, dan l-aċċess għandu jkun skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi proċedurali tal-Istat Membru.
|
|
Artikolu 5 4
|
4. L-Istati Membri jistgħu jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għal nuqqas ta' konformità mal-obbligu li tiġi pprovduta data, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali.
F'każ ta' abbuż ta' drittijiet minn utent speċifiku, Stat Membru jista', fejn dan ikun ġustifikat mill-urġenza li tiġi aċċessata d-data u filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-partijiet ikkonċernati, jimponi miżuri interim strettament proporzjonali fuq dak l-utent. F'każ li miżura interim timponi rilokalizzazzjoni ta' data għal perjodu li huwa itwal minn 180 jum wara r-rilokalizzazzjoni, din għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni matul dak il-perjodu ta' 180 jum. Il-Kummissjoni għandha, fl-iqsar żmien possibbli, teżamina l-miżura u l-kompatibbiltà tagħha mal-liġi tal-Unjoni, u fejn xieraq, tieħu l-miżuri meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tiskambja informazzjoni mal-punti uniċi ta' kuntatt tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 7 dwar l-esperjenza miksuba f'dan ir-rigward.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1807
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|