|
+Artikolu 3 3. |
Artikolu 3 3.Fir-rigward tat-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom:
(a)
jillimitaw il-kumplessità amministrattiva u l-ispejjeż għall-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;
(b)
iqisu l-interkonnessjonijiet bejn il-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, b'mod partikolari l-prinċipju li “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”;
(c)
jużaw data robusta u konsistenti u suppożizzjonijiet tul il-ħames dimensjonijiet, meta jkun rilevanti;
(d)
jivvalutaw l-għadd ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku, b'kont meħud tas-servizzi tal-enerġija domestiċi meħtieġa sabiex jiġu garantiti l-istandards bażiċi tal-għajxien fil-kuntest nazzjonali rilevanti, il-politika soċjali eżistenti u politiki rilevanti oħra, kif ukoll il-gwida indikattiva tal-Kummissjoni dwar indikaturi rilevanti għall-faqar enerġetiku. F'każ li Stat Membru jsib, skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, li għandu għadd sinifikanti ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku, abbażi tal-valutazzjoni tiegħu ta' data verifikabbli huwa għandu jinkludi fil-pjan tiegħu objettiv indikattiv nazzjonali biex inaqqas il-faqar enerġetiku. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddefinixxu fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, il-politiki u l-miżuri, li jindirizzaw il-faqar enerġetiku, jekk ikun hemm, inklużi miżuri ta' politika soċjali u programmi nazzjonali rilevanti oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|