+Artikolu 12 Kooperazzjoni reġjonali
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
---+Artikolu 12 8.
|
Artikolu 12 Kooperazzjoni reġjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma' xulxin, filwaqt li jqisu l-forom eżistenti u potenzjali kollha ta' kooperazzjoni reġjonali, biex b'mod effettiv jintlaħqu l-objettivi, il-miri u l-kontributi stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Kull Stat Membru għandu, ferm qabel jibgħat l-abbozz tal-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9(1) – rigward il-pjanijiet għall-perijodu mill-2021 sal-2030, fit-tħejjija tal-pjan finali ferm qabel l-adozzjoni tiegħu – jidentifika opportunitajiet għal kooperazzjoni reġjonali u jikkonsulta lill-Istati Membri ġirien, inkluż f'fora ta' kooperazzjoni reġjonali. Jekk l-Istat Membru li jawtorizza l-pjan iqis li huwa xieraq, dak l-Istat Membru jista' jikkonsulta ma' Stati Membri oħra jew ma' pajjiżi terzi li jkunu wrew interess. Stati Membri insulari mingħajr interkonnessjonijiet tal-enerġija ma' Stati Membri oħra għandhom iwettqu tali konsultazzjonijiet mal-Istati Membri ġirien bi fruntieri marittimi. L-Istati Membri kkonsultati għandhom jingħataw żmien raġonevoli biex jirreaġixxu. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi fl-abbozz tal-pjan nazzjonali integrati tiegħu dwar l-enerġija u l-klima – fir-rigward tal-pjanijiet għall-perijodu 2021-2030, fil-pjan nazzjonali finali tiegħu dwar l-enerġija u l-klima – tal-inqas ir-riżultati provviżorji ta' tali konsultazzjonijiet reġjonali, inkluż, meta jkun applikabbli, kif ikunu ġew ikkunsidrati l-kummenti tal-Istati Membri jew tal-pajjiżi terzi kkonsultati.
|
|
Artikolu 12 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jinvolvu ruħhom f'abbozzar konġunt volontarju ta' partijiet mill-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u r-rapporti tal-progress, inkluż f'fora ta' kooperazzjoni reġjonali. Jekk jagħmlu dan, ir-riżultat għandu jissostitwixxi l-partijiet ekwivalenti tal-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u r-rapporti ta' progress. Fuq talba minn żewġ Stati Membri jew aktar, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita dak l-eżerċizzju.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Sabiex jiġu ffaċilitati l-integrazzjoni tas-suq u politiki u miżuri kosteffiċjenti, l-Istati Membri għandhom, fil-perijodu bejn l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom u l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet finali tagħhom, jippreżentaw il-partijiet rilevanti tal-abbozz tal-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima f'fora ta' kooperazzjoni reġjonali rilevanti bl-għan li jiġu ffinalizzati. Meta jkun neċessarju, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita tali kooperazzjoni u konsultazzjoni bejn l-Istati Membri, u jekk tidentifika opportunitajiet għal kooperazzjoni reġjonali ulterjuri, tista' tipprovdi lill-Istati Membri gwida indikattiva sabiex tiffaċilita proċess ta' kooperazzjoni u konsultazzjoni effikaċi.
|
|
Artikolu 12 5.
|
Fil-pjan nazzjonali integrat finali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kummenti li jkunu rċevew minn Stati Membri oħra skont il-paragrafi 2 u 3, u jispjegaw f'dawk il-pjanijiet kif tali kummenti jkunu ġew ikkunsidrati.
|
|
Artikolu 12 6.
|
Għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ikomplu jikkooperaw fil-livell reġjonali, u, skont kif ikun xieraq, f'fora ta' kooperazzjoni reġjonali, meta jimplimentaw il-politiki u l-miżuri rilevanti tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom.
|
|
Artikolu 12 7.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll kooperazzjoni mal-firmatarji tal-Komunità tal-Enerġija u ma' pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea.
|
|
Artikolu 12 8.
|
Sa fejn huma applikabbli d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE, il-konsultazzjoni transkonfinali dwar l-abbozz skont l-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva għandha titqies li tissodisfa l-obbligi rigward il-kooperazzjoni reġjonali skont dan ir-Regolament, dment li r-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu jkunu ssodisfati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|