|
+Artikolu 32 3. |
Artikolu 32 3.Meta, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli l-Kummissjoni tikkonkludi, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 29(1) u (2), li punt ta' referenza wieħed jew aktar tat-trajettorja indikattiva tal-Unjoni fl-2022, l-2025 u l-2027 imsemmija fl-Artikolu 29(2) ma ġewx issodisfati, l-Istati Membri li jkunu waqgħu taħt punt ta' referenza wieħed jew aktar tagħhom fl-2022, l-2025 u l-2027 kif imsemmi fil-punt (a)(2) tal-Artikolu 4 għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta' miżuri addizzjonali fi żmien sena mid-data meta tasal il-valutazzjoni tal-Kummissjoni sabiex ikopru d-diskrepanza relattiva għall-punt ta' referenza tagħhom, bħal:
(a)
miżuri nazzjonali biex jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli;
(b)
l-aġġustament tas-sehem ta' enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ, kif stabbilit fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
(c)
l-aġġustament tas-sehem ta' enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport, kif stabbilit fl-Artikolu 25(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
(d)
pagament finanzjarju volontarju għall-mekkaniżmu ta' finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni stabbilit fil-livell tal-Unjoni, li jikkontribwixxi għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli u li jkun ġestit direttament jew indirettament mill-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 33;
(e)
użu tal-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni stipulati fid-Direttiva (UE) 2018/2001. Tali miżuri għandhom iqisu l-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni kif stipulat fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinkludu dawk il-miżuri bħala parti mir-rapport ta' progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|