+Artikolu 33 Mekkaniżmu ta' finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
|
Artikolu 33 Mekkaniżmu ta' finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
Sal-1 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-mekkaniżmu ta' finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 32(3) biex jingħata appoġġ għal proġetti ġodda tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni bl-għan li tiġi koperta diskrepanza fit-trajettorja indikattiva tal-Unjoni. L-appoġġ jista' jingħata, fost l-oħrajn, fl-għamla ta' primjum addizzjonali għall-prezz tas-suq, u għandu jiġi allokat lill-proġetti bl-offerti bl-aktar kost jew primjum baxx.
|
|
Artikolu 33 2.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-mekkaniżmu ta' finanzjament għandu jikkontribwixxi għall-qafas ta' abilitazzjoni skont l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 bl-għan li jiġi appoġġat l-użu tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Unjoni irrispettivament mid-diskrepanza relattiva għat-trajettorja indikattiva tal-Unjoni. Għal dak l-għan:
(a)
il-pagamenti mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 32 jistgħu jiġu kkomplementati b'sorsi addizzjonali, bħal fondi tal-Unjoni, kontributi mis-settur privat jew pagamenti addizzjonali mill-Istati Membri sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-mira tal-Unjoni;
(b)
il-mekkaniżmu ta' finanzjament jista', fost affarijiet oħra, jipprovdi appoġġ fil-forma ta' għotjiet, self b'imgħax baxx, jew taħlita tat-tnejn u jista' jappoġġa, fost l-oħrajn, proġetti konġunti bejn l-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-proġetti konġunti ma' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 11 ta' dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 33 3.
|
L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jiddeċiedu jekk, u jekk ikun il-każ, skont liema kondizzjonijiet, jippermettux li l-istallazzjonijiet li jinsabu fit-territorju tagħhom jirċievu appoġġ mill-mekkaniżmu ta' finanzjament.
|
|
Artikolu 33 4.
|
Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 44(1), tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistipula d-dispożizzjonijiet neċessarji għall-istabbiliment u l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' finanzjament, b'mod partikolari:
(a)
il-metodoloġija għall-kalkolu tal-livell massimu tal-primjum għal kull offerta;
(b)
id-disinn tal-offerta li għandu jiġi applikat, inklużi l-kondizzjonijiet għat-twettiq u l-penali assoċjati;
(c)
il-metodoloġija għall-kalkolu tal-pagamenti tal-Istati Membri u l-benefiċċji statistiċi li jirriżultaw għall-Istati Membri kontributuri;
(d)
ir-rekwiżiti minimi għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati kemm il-kontinwità tal-mekkaniżmu permezz ta' tul ta' żmien suffiċjenti tal-pagament tal-Istat Membru, kif ukoll l-ammont massimu ta' flessibbiltà għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri;
(e)
dispożizzjonijiet li jiżguraw il-parteċipazzjoni u/jew l-approvazzjoni ta' Stati Membri ospitanti, u meta jkun meħtieġ dispożizzjonijiet relatati ma' imposti addizzjonali tal-kostijiet tas-sistema.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).
|
|
Artikolu 33 5.
|
Kull sena, l-enerġija rinnovabbli ġġenerata mill-istallazzjonijiet iffinanzjati mill-mekkaniżmu ta' finanzjament għandha tiġi attribwita statistikament lill-Istati Membri parteċipanti, b'mod li jirrifletti l-pagamenti relattivi tagħhom. Il-proġetti appoġġati minn dan il-mekkaniżmu ta' finanzjament li jkunu ffinanzjati minn sorsi oħra minbarra l-pagamenti tal-Istati Membri ma għandhomx jgħoddu fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri iżda lejn il-mira vinkolanti tal-Unjoni skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|