|
+Artikolu 33 4. |
Artikolu 33 4.Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 44(1), tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistipula d-dispożizzjonijiet neċessarji għall-istabbiliment u l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' finanzjament, b'mod partikolari:
(a)
il-metodoloġija għall-kalkolu tal-livell massimu tal-primjum għal kull offerta;
(b)
id-disinn tal-offerta li għandu jiġi applikat, inklużi l-kondizzjonijiet għat-twettiq u l-penali assoċjati;
(c)
il-metodoloġija għall-kalkolu tal-pagamenti tal-Istati Membri u l-benefiċċji statistiċi li jirriżultaw għall-Istati Membri kontributuri;
(d)
ir-rekwiżiti minimi għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati kemm il-kontinwità tal-mekkaniżmu permezz ta' tul ta' żmien suffiċjenti tal-pagament tal-Istat Membru, kif ukoll l-ammont massimu ta' flessibbiltà għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri;
(e)
dispożizzjonijiet li jiżguraw il-parteċipazzjoni u/jew l-approvazzjoni ta' Stati Membri ospitanti, u meta jkun meħtieġ dispożizzjonijiet relatati ma' imposti addizzjonali tal-kostijiet tas-sistema. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|