|
+Artikolu 47 Emendi għad-Direttiva 98/70/KE |
Artikolu 47 Emendi għad-Direttiva 98/70/KEArtikolu 47 Emendi għad-Direttiva 98/70/KE Id-Direttiva 98/70/KE hija emendata kif ġej:
(1)
L-Artikolu 7a huwa emendat kif ġej:
(a)
fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej: “(a) il-volum totali tal-provvista ta' kull tip ta' karburant jew ta' enerġija; u”;
(b)
fil-paragrafu 2, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornituri jnaqqsu bl-iktar mod gradwali possibbli ċ-ċiklu ta' ħajja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għal kull unità ta' enerġija mill-provvista ta' karburant u ta' enerġija sa massimu ta' 10 % sal-31 ta' Diċembru 2020, meta mqabbel mal-istandard ta' referenza tal-karburant stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652. Dan it-tnaqqis għandu jikkonsisti fi:”;
(2)
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“4.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 3 titqiegħed għad-dispożizzjoni fil-pront bil-mezzi xierqa.”.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|