|
+Artikolu 48 Emendi għad-Direttiva 2009/31/KE |
Artikolu 48 Emendi għad-Direttiva 2009/31/KEArtikolu 48 Emendi għad-Direttiva 2009/31/KE Id-Direttiva 2009/31/KE hija emendata kif ġej:
(1)
fl-Artikolu 27, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Kull erba' snin l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż ir-reġistru msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 25. L-ewwel rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2011. Ir-rapport għandu jitfassal abbażi ta' kwestjonarju jew deskrizzjoni ġenerali li l-Kummissjoni tkun adottat fl-għamla ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 30(2). Dak il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni ġenerali għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri tal-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tar-rapport.”;
(2)
fl-Artikolu 38, il-paragrafu 1 huwa mħassar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|